Il-Kelma tal-Arċisqof

Il-verità u s-sbuħija ma jinxtrawx bil-flus – L-Arċisqof

Quddiesa tal-25 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

  Il-Kappella ta' Santa Marija f'Bir Miftuħ, il-Gudja

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jpoġġilna għażla diffiċli llum quddiemna: il-flus jew hu. Diffiċli ħafna anke għax aħna nifhmu li l-flus għandna bżonnhom. Imma li taħli ħajtek – ħa nuża din il-frażi ‘taħli ħajtek’ – li tiġri wara l-flus, mingħajr ma tgawdiha, hi bluha kbira. Għax donnu taħseb li l-ħajja mhu se tispiċċa qatt, ma jasal qatt il-mument meta trid tagħti kont tal-amministrazzjoni tiegħek… Kompli aqra »

L-Arċisqof dwar ir-Reġina Eliżabetta II: eżempju sabiħ ta’ kif tkun mexxej mingħajr ħafna storbju

Quddiesa De Requiem għar-Reġina Eliżabetta II

  Il-Konkatidral ta' Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jekk xi ħadd irid jaqdini, għandu jimxi warajja” (Ġw 12:26). Aħna u nirringrazzjaw lill-Mulej għax-xhieda sabiħa tar-Reġina Eliżabetta II u noffru din il-quddiesa b’suffraġju għal ruħha, irridu nsellmu wkoll dixxiplu fidil tal-Mulej.

Meta fl-1953 għamlet messaġġ fl-okkażjoni tal-inkurunazzjoni tagħha, hi talbet lis-sudditi tagħha u liċ-ċittadini kollha tal-Commonwealth dan il-pjaċir: “I want to ask you all, whatever your religion may be, to pray for me on that day—to pray that God may give me wisdom and strength to carry out the solemn promises I shall be making, and that I may faithfully serve Him and you, all the days of my life… Kompli aqra »

Il-qawwa tas-sinjal tas-salib – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib

  Il-Knisja ta' Ġieżu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huwa Ġesù stess li jqabbel lilu nnifsu mas-serp tal-bronż, li Mosè refa’ fid-deżert biex ikun sinjal ta’ fejqan għall-poplu kollu. “Kif Mosè refa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-Bniedem” (Ġw 3:14). Illum, fil-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib, naqraw dan l-Evanġelju. Il-kelma ‘eżaltazzjoni’ tfisser ‘irfigħ’, jiġifieri li tintrefa’ ’l fuq. Nużawha wkoll għall-glorja ta’ xi ħadd. Ġesù jgħaqqad l-glorja tiegħu, l-eżaltazzjoni tiegħu, proprju mat-tislib tiegħu fuq l-Għuda… Kompli aqra »

Il-ferħ tal-ħniena ta’ Alla hu meta jkun jista’ jħaddanna miegħu mill-ġdid – L-Arċisqof

Quddiesa fl-24 Ħadd taż-Żmien ta' matul is-Sena

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Ħerba, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hi grazzja kbira li nisimgħu dawn it-tliet parabboli li Ġesù jagħżel biex jispjega lill-Fariżej xi tfisser il-ħniena ta’ Alla għal kull wieħed u waħda minna. “Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu lejn Ġesù bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: ‘Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom’” (Lq 15:1-2).

F’dan il-kuntest Ġesù jipprova jispjega lil dawn il-kittieba u l-Fariżej għaliex hu għażel li jilqa’ għandu lill-midinba, għaliex għażel li jiekol magħhom… Kompli aqra »

X’qed nagħmlu bil-patrimonju tagħna? – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bħal-lum dejjem nisimgħu din il-lista ta’ ismijiet li jwasslu minn Abraham sa Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija. Nistgħu nistaqsu: imma għaliex fil-festa solenni tat-twelid ta’ Marija naqraw l-arblu tar-razza ta’ Ġużeppi? “Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Krisu, bin David, bin Abraham” (Mt 1:1). Dan hu t-titlu li l-Evanġelista San Mattew jagħti lil din il-lista ta’ ismijiet, ismijiet li għalina huma strambi.

Nistgħu ngħidu li hemm ħsieb li jista’ jolqotna propju f’dan il-jum meta nifhmu li t-twelid ta’ Ġesù minn Marija u anke t-twelid tagħha, hemm tradizzjoni li tgħid li anke hi kienet min-nisel ta’ David, għandha l-għeruq tiegħu… Kompli aqra »

“Quddiem il-ħażen u l-inġustizzja ma tistax tkun newtrali!” – L-Arċisqof

Quddiesa lejlet il-festa tal-Vitorja

  Il-Knisja Kolleġġjata ta' San Lawrenz, il-Birgu

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-għażla ta’ din il-knisja għażiża għandha sinifikat profond din is-sena. Ilkoll nafu li l-Birgu jew il Borgo del Castello, ingħata wkoll tat-titlu Città Vittoriosa minħabba dak li qed niċċelebraw illum u għada: il-ħelsien mill-Assedju tal-1565. Bħal-lum aħna nfakkru wkoll it-tmiem tat-trawma kbira li għalina kienet it-Tieni Gwerra Dinjija; il-kapitulazzjoni tal-flotta navali Taljana fil-Port il-Kbir fis-7 ta’ Settembru tal-1943… Kompli aqra »

Ir-ruħ li tixtieq tara ’l Ġesù qed titgħallem titkellem il-lingwaġġ tal-imħabba – L-Arċisqof

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Anke Erodi t-Tetrarka, titnissel fil-qalb tiegħu kurżità biex jara lil Ġesù (ara Lq 9:9). U għaliex? Għaliex kien sema’ dwar il-fejqan li kien qed jagħmel l-Imgħallem li kien qiegħed ukoll iwassal lill-poplu ta’ Alla f’isem il-Mulej.

Fl-Evanġelju ta’ San Luqa nsibu kemm-il darba riferiment għall-qawwa li kienet toħroġ minn Ġesù, għall-fatt li kien jitkellem bħal bniedem li għandu l-awtorità, għall-qawwa li kellu fuq ix-xjaten, fuq il-mard, fuq l-elementi tan-natura… Kompli aqra »

“Id-dinjità tiegħek ma tiddependix fuq x’jaħsbu dwarek in-nies!” – L-Arċisqof

Quddiesa fit-22 Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena

  Il-Kappella ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ħafna drabi smajt lil xi ħbieb jgħiduli: ‘Aħna l-Katttoliċi meta nidħlu fil-Knisja dejjem nagħżlu l-bankijiet ta’ wara’, dawk li dejjem l-ewwel jimtlew. Ma nafx għaliex u jekk din il-ħaġa hix ispirata mill-kelma ta’ Ġesù llum li jgħidlek biex meta tkun mistieden tagħżilx il-post ta’ quddiem, iżda agħżel dak ta’ wara ħalli mbagħad min jistiednek jgħidlek biex tersaq ’il quddiem (ara Lq 14:8-10)… Kompli aqra »

Min irid isaltan jitgħallem iħobb – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta’ Marija Reġina

  Il-Knisja Parrokkjali Marija Reġina, il-Marsa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-anġlu Gabrijel mibgħut minn Alla għand xebba, li kien jisimha Marija, “f’belt tal-Galilija jisimha Nazaret” (Lq 1:26); fid-djalogu ma’ din ix-xebba rżina jitkellem dwar il-wirt tagħha. “Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù” (Lq 1:30-31). L-isem Ġesù jiġbor il-missjoni ta’ dan it-tifel: ‘Alla Salvatur’; ‘Yeshua’ – Alla jsalva… Kompli aqra »

Ġesù jpoġġi l-ħniena flimkien mal-ġustizzja fil-qalba tal-Liġi – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù nafuh biżżejjed, ma tantx jogħomdhom il-kliem, imma jagħtina ħjiel fuq xiex irridu nimxu fil-ħajja tagħna għax aħna lkoll b’xi mod ipokriti, jiġifieri aħna, anke jekk għandna xewqa ngħixu tajjeb kultant nogħtru għax dgħajfin, midinibin. U allura ċ-ċanfira ta’ Ġesù tgħodd għal kull wieħed u waħda minna. Min jaħseb li Ġesù mhux qed ikellmu, iħares sewwa lejn il-mera imma lejn il-qalb tiegħu l-iżjed… Kompli aqra »