Il-Papa waqt l-Angelus: Nerġgħu niskopru l-ferħ tad-dixxipli ta’ Ġesù
14/01/2024 Pjazza San Pietru, il-VatikanGħeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!
Illum l-Evanġelju jippreżentalna l-laqgħa ta’ Ġesù mal-ewwel dixxipli (cfr Ġw 1,35-42) Dix-xena tistedinna nġarrbu l-memorja tal-ewwel laqgħa tagħna ma’ Ġesù. Ilkoll kemm aħna ltqajna ma’ Ġesù għall-ewwel darba; meta konna tfal, adoloxxenti, żgħażagħ, adulti… Meta ltqajt ma’ Ġesù għall-ewwel darba? Nistgħu nerġgħu nġarrbu dak il-waqt. U wara dal-ħsieb, dit-tifkira, inġeddu l-ferħ li nimxu warajh u nistaqsu lilna nfusna: xi jfisser tkun dixxiplu ta’ Ġesù? Mill-Evanġelju tal-lum nistgħu nisiltu tlett kelmiet: infittxu lil Ġesù, ngħammru miegħu, inħabbru lil Ġesù… Kompli aqra »