Il-Papa fl-Udjenza: Jien preżenti quddiem min fid-dinja jbati l-iżjed?
13/09/2023 Pjazza San Pietru, il-VatikanGħeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Fil-katekeżijiet tagħna, inkomplu niltaqgħu max-xhieda appassjonati tat-tħabbira tal-Vanġelu. Niftakru li din hi serje ta’ katekeżi fuq iż-żelu appostoliku, fuq ir-rieda u anki l-ħeġġa interjuri biex immexxu ’l quddiem il-Vanġelu. Illum se mmorru l-Amerika Latina, preċiżament fil-Veneżwela, biex niltaqgħu mal-figura ta’ lajk, il-Beatu José Gregorio Hernández Cisneros. Twieled fl-1864 u rċieva l-fidi fuq kollox mingħand ommu, kif irrakkonta hu stess: “Ommi għallmitni l-virtù sa mill-benniena, rabbietni fl-għarfien ta’ Alla u tatni l-karità bħala gwida”… Kompli aqra »