Il-Papa Franġisku fl-Udjenza: Il-ħajja hi ġest ta’ mħabba u stedina għall-imħabba
25/01/2023 Is-Sala Pawlu VI, il-VatikanKatekeżi. Il-passjoni għall-evanġelizzazzjoni: iż-żelu appostoliku ta’ min jemmen. 3. Ġesù mgħallem tat-tħabbira
Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Il-Ħamis li għadda rriflettejna fuq Ġesù mudell tat-tħabbira, fuq il-qalb pastorali tiegħu dejjem miftuħa għall-oħrajn. Illum ejjew inħarsu lejh bħala mgħallem tat-tħabbira. Inħallu jmexxina l-episodju li fih hu jipprietka fis-sinagoga tar-raħal tiegħu, Nazaret. Ġesù jaqra silta mill-profeta Iżaija (ara 61:1-2) u mbagħad jgħaġġeb lil kulħadd bi “prietka” qasira ħafna, ta’ frażi waħda biss, frażi waħda biss… Kompli aqra »