MESSAĠĠ LILL-PAPA BENEDITTU XVI FL-OKKAŻJONI TAL-EWWEL ANNIVERSARJU MIŻ-ŻJARA TIEGĦU F’MALTA
10/04/2011Il-filmat li jidher hawn fuq intwera fil-bidu taċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika li saret fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Ħadd 10 ta’ April, 2011, fl-okkażjoni tal-ewwel anniversarju miż-Żjara Pastorali f’Malta tal-Papa Benedittu XVI. Il-messaġġ li jidher hawn taħt, indirizzat lill-Qdusija Tiegħu, inqara fi tmiem l-istess Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr iċċelebrata mill-Arċisqof Pawlu Cremona OP, l-Isqfijiet Maltin u n-Nunzju Appostoliku Tommaso Caputo.