L-Aħbarijiet

Tibda ż-żjara tal-Patrijarka f’Malta

Ilbieraħ l-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi laqgħu lill-Qdusija Tiegħu l-Patrijarka Bartilmew I fl-arjuport internazzjonali ta’ Malta. Dalgħodu l-Arċisqof, flimkien ma’ numru ta’ isqfijiet Maltin, laqgħu lill-Patrijarka u d-delegazzjoni li qed takkumpanjah fil-Palazz tal-Arċisqof, l-Imdina.

Waqt din iż-żjara l-Patrijarka u I-Arċisqof iddiskutew għadd ta’ temi ta’ interess reċiproku, fosthom ir-relazzjonijiet ekumeniċi reċiproċi, il-kura pastorali tal-membri tal-Knejjes Ortodossi f’Malta, l-użu tal-Knejjes Kattoliċi għal-Liturġiji Divini Ortodossi, il-fenomenu tal-migrazzjoni u l-ħarsien tal-ambjent u l-promozzjoni tal-paċi fil-Mediterran u lil hinn… Kompli aqra »

Avviż

Għada, l-Ġimgħa, 2 ta’ Diċembru 2022, il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet; u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa l-ġurnata kollha.

Il-Kurja terġa’ tiftaħ is-Sibt, 3 ta’ Diċembu 2022. Kompli aqra »

Titnieda l-bijografija ta’ Patri Donat Spiteri

Illum fl-Oratorju tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta tnieda l-ktieb ‘Patri Donat Spiteri: Qaddej tal-Kelma ta’ Alla’ miktub minn Rev. Dr Martin Micallef. 

It-tnedija ġiet organizzata mid-Dipartiment tal-Iskrittura, il-Lhudi u l-Grieg tal-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta taħt il-patroċinju tal-Arċisqof Charles J. Scicluna.

Matul it-tnedija sar qari bil-Lhudi u bil-Grieg minn testi partikulari mill-Iskrittura u diskorsi dwar il-Bibbja, dwar l-istorja tal-Fakultà tat-Teoloġija f’Malta kif ukoll dwar it-tqassim ta’ din il-bijografija ta’ Donat Spiteri miktub fl-okkażjoni tal-100 sena mit-twelid tiegħu.  … Kompli aqra »

Siltiet mill-10 anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali tal-Arċisqof

Nhar il-Ħamis 24 ta’ Novembru, fl-okkażjoni tal-10 anniversarju mindu ġie ordnat isqof, Mons. Charles Scicluna żar il-Freeport fejn ċċelebra quddiesa f’wieħed mill-imħażen u ltaqa’ mal-impjegati. Il-quddiesa kienet offruta għal dawk li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol. Wara l-quddiesa, l-Arċisqof iddawwar mal-Freeport fejn kellu ċ-ċans jara l-faċilitajiet tal-kumpanija. Fi tmiem iż-żjara, l-Arċisqof bierek niċċa tal-Madonna tad-Duluri u talab mal-impjegati għal dawk il-ħaddiema li mietu.

Filgħaxija, l-Arċisqof iċċelebra l-anniversarju tiegħu b’quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta… Kompli aqra »

Ingħaqad ma’ Sebħ biex tkun eliminata l-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal

Mill-25 ta’ Novembru sal-10 ta’ Diċembru, matul is-sittax il-jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, Fondazzjoni Sebħ, qed tniedi kampanja madwar Malta u Għawdex bl-isem ‘Stand with Sebħ’. Matul din il-kampanja, kumpaniji, organizzazzjonijiet u l-pubbliku huma mħeġġa jxerrdu l-messaġġ li huma wkoll qed jingħaqdu ma’ ‘Sebħ fil-ġlieda biex tiġi eliminata l-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal’.

Din il-kampanja bdiet ilbieraħ b’konferenza għall-maniġers fil-qasam tar-riżorsi umani fil-Palazz ta’ Sant’Anton, taħt il-patroċinju tal-Eċċellenza tiegħu l-President George Vella… Kompli aqra »

Aktar minn 400 persuna ttemm b’suċċess korsijiet offruti mill Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

Aktar minn 400 persuna temmew b’suċċess il-korsijiet offruti matul l‑aħħar sena akkademika mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali (PFI). Iċ‑ċerimonja annwali tal‑gradwazzjoni saret ilbieraħ, il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru 2022, u tmexxiet mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi. Iċ‑ċerimonja bdiet b’quddiesa ta’ ringrazzjament fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, Ħ’Attard u wara saret il‑preżentazzjoni taċ‑ċertifikati.

Fost il‑korsijiet li temmew il‑parteċipanti kien hemm wieħed fil-qasam tal‑katekeżi, l‑għeruq tal‑fidi Nisranija fil‑Ġudaiżmu, it‑teoloġija, il‑kura pastorali fl‑iskejjel, u l‑iskopertà tal‑fidi permezz tal‑arti… Kompli aqra »

Gratitudni u Apprezzament – L-Isqof Galea-Curmi

Messaġġ f’għeluq il-quddiesa tal-10 anniversarju mill-Ordinazzjoni Episkopali tal-Arċisqof Charles Scicluna

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Il-messaġġ tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Sinjur Alla, jien għandi bżonnok”. Eċċellenza, din it-talba sempliċi u profonda ta’ San Ġorġ Preca, flimkien ma’ “Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla”, hi waħda mill-espressjonijiet l-aktar komuni li smajtek tgħid kemm-il darba f’okkażjoni jew oħra f’dawn l-aħħar għaxar snin, u donnu iktar kemm ilek arċisqof. Nifhmek. Naraha tesprimi ħafna l-konvinzjoni tiegħek, li għandha tkun ukoll tagħna, imma naraha wkoll tiġbor dak li tul dawn l-għaxar snin int fittixt li twassal u twettaq b’tant dedikazzjoni u ġenerożità… Kompli aqra »

Nitlobkom tkunu hemm għalija, tħennu għalija, tieħdu paċenzja bija – L-Arċisqof

Quddiesa fl-10 anniversarju mindu Mons. Charles Scicluna ġie ordnat isqof

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-kelma li Ġesù jgħid lil Pietru nitlobkom biex tibqa’ tidwi fil-qalb tiegħi: “Ejja warajja” bħalma tibqa’ tidwi fil-qalb tiegħi l-mistoqsija li Ġesù jagħmel lil Pietru għal darba, darbtejn, tlieta: “Tħobbni int?” (Ġw 21:16). Itolbu għalija biex inħoss l-għafsa tal-qalb bħalma għamel Pietru,  meta nagħraf id-dgħufija tiegħi u niftakar fi dnubieti u b’sens ta’ fiduċja lill-Mulej ngħidlu: “Mulej, inti taf kollox, inti taf li nħobbok” (Ġw 21:17)… Kompli aqra »

Emenda li qed tbexxaq il-bieb biex jidħol l-abort

Position Paper iffirmata minn grupp ta’ akkademiċi biex tinbidel l-emenda mressqa mill-Gvern biex ma jkun twettaq l-ebda reat meta t-terminazzjoni ta’ tqala tirriżulta minn intervent mediku magħmul bil-għan li tkun protetta s-saħħa ta’ mara tqila, li tkun qiegħda tbati minn komplikazzjoni medika, li tkun tista’ tqegħdilha ħajjitha f’riskju jew saħħitha f’periklu gravi.

Il-position paper ġiet iffirmata minn 82 persuna.

Il-position paper sħiħa Download Kompli aqra »