L-Aħbarijiet

Knisja tassew inklussiva – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fid-Dsatax-il Ħadd tas-Sena

  Il-Kappella tal-Bon Pastur f'Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Le, merħla ċkejkna, tibżgħu xejn, għax Missieri għoġbu jagħtikom is-Saltna” (Lq 12:32). Dan il-kliem li Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu, u li jgħidu lilna wkoll illum bħala dixxipli tiegħu, hu kliem li jagħti kuraġġ u kliem ta’ qawwa għalina fil-ħajja tagħna. Ftit qabel, Ġesù kien qed jgħid lid-dixxipli tiegħu li huma ma għandhomx jittieħdu, jinkwetaw fuq ħafna affarijiet li huma sekondarji, imma għandhom jaħsbu fis-Saltna ta’ Alla… Kompli aqra »

Membri ġodda tal-KDT jiltaqgħu mal-Arċisqof

  Il-Kunvent tas-Sorijiet Agostinjani, Ħal Qormi

Membri ġodda tal-Kummissjoni Djoċesana Tfal (KDT) iltaqgħu għall-ewwel darba mal-Arċisqof Charles Jude Scicluna nhar it-Tlieta 2 ta’ Awwissu, 2022. Din il-laqgħa seħħet fil-Kunvent tas-Sorijiet Agostinjani, Ħal Qormi. 

Normalment il-KDT tiltaqa’ tliet darbiet fis-sena mal-Arċisqof biex flimkien jiddiskutu diversi temi spiritwali jew soċjali li jolqtu lit-tfal. Madankollu l-attività tal-bieraħ saret b’mod differenti minħabba li sar tibdil konsiderevoli fil-membri u minflok saret b’tali mod li l-Arċisqof isir jaf aħjar lit-tfal u huma lilu… Kompli aqra »

L-Arċidjoċesi tirreġistra surplus u żżid l-għajnuna fil-pandemija

Ir-rapport finanzjarju tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għas-sena 2021

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Fl‑2021, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta, li tiġbor fiha iktar minn 100 entità u timpjega iktar minn 1,340 persuna, irreġistrat surplus ta’ €3.4 miljuni. Dan kien riżultat tad‑dħul tad‑dividend mill‑APS Bank wara nuqqas ta’ sena, minn bejgħ ta’ proprjetà, u minn titjib fil‑ġbir mill‑parroċċi meta mqabbel mas‑sena 2020.

Dan tħabbar mis‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, waqt konferenza tal‑aħbarijiet fil‑Kurja tal‑Arċisqof fejn qal li l‑Arċidjoċesi bdiet tirkupra mill‑effetti negattivi ta’ natura finanzjarja li ħalliet il‑pandemija… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Awwissu 2022

Matul ix‑xahar ta’ Awwissu, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta…
  • Kompli aqra »

Arċipriet ġdid għall-Imsida u kordinatur djoċesan għall-pastorali mal-anzjani

Dun Mario Mifsud Arċipriet ġdid għall-parroċċa tal-Imsida

L‑Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Mario Mifsud bħala arċipriet tal‑parroċċa ta’ San Ġużepp fl‑Imsida.

Dun Mario Mifsud twieled Ħ’Attard fis‑17 ta’ Mejju 1963 u rċieva l‑edukazzjoni primarja fl-iskola statali tal-Ħamrun, is-sekondarja fil‑Liċeo, il‑Ħamrun u fis‑Seminarju Minuri. Qabel ma daħal għall‑formazzjoni saċerdotali fis‑Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù, fl‑1988 ggradwa bħala accountant mill‑Università ta’ Malta.

Huwa ġie ordnat saċerdot fis‑16 ta’ Settembru 1994 u beda l‑ħidma pastorali tiegħu bħala viċi kappillan fil‑parroċċa ta’ Ħal Tarxien… Kompli aqra »

Ir-restawr tal-Kunvent ta’ Santu Wistin jasal fl-aħħar fażi

  Il-Kunvent ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta

Ix-xogħol fuq il-proġett ta’ restawr tal-kunvent ta’ Santu Wistin qed joqrob lejn tmiemu. Ix-xogħlijiet li saru jinkludu r-restawr u l-konservazzjoni tal-erba’ faċċati tal-kunvent, it-tħaffir arkeoloġiku ta’ parti mill-bitħa u l-installazzjoni ta’ lift li jkun aċċessibbli għal kulħadd. Permezz ta’ dan il-proġett, ġiet irriġenerata binja estensiva li kienet ilha biex tiġi rrestawrata b’mod sinifikanti minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija, li matulha ġġarrfu partijiet sostanzjali. Parti minn din il-binja se tinbidel f’Ċentru ta’ Interpretazzjoni tal-Komunità… Kompli aqra »

Il-Papa jasal f’Québec biex jippromwovi l-komunjoni mal-popli Indiġeni tal-Kanada

Pope Francis with the Governor General of Canada and an Indigenous leader  (Vatican Media)

The second leg of Pope Francis’ ongoing “Penitential Pilgrimage” has brought him to Québec City, where he will remain till Friday when he leaves for Iqaluit.

On Thursday evening, the Holy Father is scheduled to preside at Vespers with the Bishops, clergy, consecrated persons, seminarians and pastoral workers at the Notre Dame de Québec Cathedral… Kompli aqra »

L-għoti tal-mandat lill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin fl-iskejjel tal-Knisja

  Il-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta

Fit-22 ta’ Ġunju ngħata l-mandat lill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin lil 45 edukatur minn 17-il skola tal-Knisja. Il-mandat ingħata wara li l-edukaturi tħarrġu permezz ta’ kors mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

L-għoti tal-Mandat sar fil-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta, u kien ippresedut  mid-Delagat tal-Arċisqof għall-Iskejjel tal-Knisja Patri Charles Mallia, O.Carm. Waqt iċ-ċerimonja fakkar fil-ħtieġa tal-Ewkaristija fil-ħajja tagħna, li hi l-pern tal-fidi tagħna u s-sostenn tal-Poplu t’Alla… Kompli aqra »

Il-Papa fil-Kanada: Żommu ħaj l-imgħoddi tagħkom biex tipproteġu l-futur

During Mass celebrated at the Commonwealth Stadium in Edmonton on Tuesday – the feast day of Sts Joachim and Anne – Pope Francis reflects on the important role of grandparents in passing down the faith, and highlights the need to preserve the memory of those who preceded us.

Thousands of pilgrims welcomed Pope Francis as he joined their annual pilgrimage to the sacred shores of Lac Ste… Kompli aqra »

Stqarrija mill‑Assoċjazzjoni tal‑Iskejjel tal‑Knisja

L‑Assoċjazzjoni tal‑Iskejjel tal‑Knisja (CSA) hi dispjaċuta li d‑differenzi bejn il‑Bord tat‑Tmexxija tal‑Kulleġġ ta’ San Albert il‑Kbir u l‑kap tal‑istess kulleġġ, is‑Sur Mario Mallia, ma ġewx riżolti u wasslu għat‑tmiem tal‑impjieg tas‑Sur Mallia.

Mingħajr ma nidħlu fir‑raġunijiet tat‑tmiem tal‑ħidma tas‑Sur Mallia, l‑Assoċjazzjoni tixtieq tirrikonoxxi l‑kontribut siwi tiegħu għal inklużjoni ta’ diversi studenti u studenti minn realtajiet differenti. Is‑Sur Mallia dejjem fittex modi ġodda kif jista’ jsaħħaħ il‑pożizzjoni ta’ dawk inqas fortunati… Kompli aqra »