Alla hekk ħabb lid-dinja – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa bi stedina għat-talb għal dawk li ma jemmnux jew abbandunaw il-fidi tagħhom, biex jagħrfu 'l Mulej fil-ħniena infinita tiegħu
22/04/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
X’inhi l-Aħbar it-Tajba? Aħna nisimgħu ta’ spiss li bħala dixxipli ta’ Ġesù għandna nxandru l-Aħbar it-Tajba. Imma x’inhi?
Fil-kliem ta’ Ġesù lil Nikodemu, għandna l-qalba tal-Aħbar it-Tajba, meta hu jgħid: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen fih ma jintilifx imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem”. Kieku kellek tiġbor l-Aħbar it-Tajba fl-essenzjal, hu proprju f’dan il-kliem ta’ Ġesù… Kompli aqra »