Messaġġi tal-Arċisqof Emeritu Mons Pawlu Cremona O.P.

NOTA PASTORALI MILL-ISQFIJIET FUQ IŻ-ŻWIEĠ U L-FAMILJA

Il-Knisja tqis li x-xandir ta’ dak li temmen fih fuq bosta temi, inklużi ż-żwieġ u l-familja, huwa dmir tagħha quddiem Alla u servizz b’risq is-soċjetà. L-iskop ta’ din in-Nota Pastorali huwa li xxandar il-pożizzjoni tal-Knisja Kattolika lil dawk li jirrikorru lejha biex jiksbu direzzjoni. Permezz ta’ din l-Ittra, il-Knisja trid ukoll taqsam il-veduti tagħha mas-soċjetà Maltija inġenerali.

Il-Knisja minn dejjem tkellmet fuq is-sbuħija u l-importanza taż-żwieġ, il-bażi tal-familja bħala rigal fundamentali mogħti minn Alla… Kompli aqra »

IS-SALIB SINJAL TA’ TAMA – MESSAĠĠ MILL-KONFERENZA EPISKOPALI

Fiż-Żjara Appostolika li għamel dan l-aħħar f’Ċipru, il-Papa Benedittu XVI tkellem dwar l-importanza li għandu s-Salib għad-dinja: “Is-Salib mhuwiex sempliċement simbolu privat ta’ devozzjoni, mhuwiex sempliċement sinjal ta’ sħubija ma’ grupp partikolari fis-soċjeta, u fil-profondità tat-tifsir tiegħu m’għandu xejn x’jaqsam mal-impożizzjoni bil-forza ta’ xi twemmin jew filosofija. Is-Salib jitkellem fuq it-tama, l-imħabba, ir-rebħa tan-non-vjolenza fuq l-oppressjoni, jitkellem fuq Alla li jerfa’ lil min hu fil-baxx, li jqawwi lil min hu dgħajjef, li jirbaħ fejn hemm il-firda u li jissupera l-mibgħeda bl-imħabba”… Kompli aqra »

Għeluq is-Sena ddedikata lis-Saċerdoti

Punti mill–omelija tal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. waqt il-Quddiesa li saret nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Ġunju, 2010, fil-Katidral tal-iMdina, f’għeluq is-Sena Saċerdotali.

Mark 12, 18-27

  • Dawl li qiegħed jagħtina l-Mulej fuq iż-żwieġ u bħala konsegwenza fuq iċ-ċelibat.
  • Qiegħed ifakkarna fil-pjan sabiħ ta’ Alla li fit-temporalità tagħna li tinkludi l-bniedem shih – ruħ u ġisem – huwa għamel dan il-pjan li jagħmel lill-bniedem raġel u mara biex permezz tal-imħabba tagħhom, li tesprimi ruħha anki fl-għaqda fiżika, jista’ jkun hemm kontinwità fil-ħolqien tiegħu li l-bnedmin jitkattru…
  • Kompli aqra »

“AĠENDA TA’ IMĦABBA” – L-ARĊISQOF FIL-VĠILI TA’ GĦID IL-ĦAMSIN

Fil-Vġili ta’ Għid il-Ħamsin, il-Knisja Maltija ta’ kull sena tinġabar biex tiċċelebra dan il-jum solenni li jfakkar it-twelid tal-Knisja Universali. Din is-sena din iċ-ċelebrazzjoni saret quddiem il-Knisja tal-Għargħur u għalija attendew mijiet ta’ nies.

Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. għaqqad il-festa ta’ Pentekoste ma’ għeluq is-Sena Saċerdotali, u rringrazzja lis-saċerdoti talli taw ħajjithom lil Alla fil-Knisja tiegħu, biex jgħaqdu bl-imħabba l-missjoni fdata f’idejhom… Kompli aqra »

IL-MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA FL-OKKAŻJONI TAL-JUM DINJI TAL-KOMUNIKAZZJONI SOĊJALI 2010

Id-diskors tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP matul il-laqgħa ma’ dawk li jaħdmu fil-media, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali, il-Ġimgħa, 21 ta’ Mejju, 2010, fil-Kurja tal-Arċisqof.

Jiena nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzjakom talli ġejtu għal din il-laqgħa li ssir kull sena. Hija okkażjoni biex niltaqgħu u naqsmu xi ħsibijiet. Nixtieq l-ewwelnett nirringrazzjakom tas-servizz li tagħtu lis-socjeta’ maltija bil-ħidma tagħkom… Kompli aqra »

ITTRA MILL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA WARA Ż-ŻJARA PASTORALI F’MALTA TAL-PAPA BENEDITTU XVI

‘BIEX IL-FERĦ TAGĦNA JIBQA’

Ħuti,

Għaddejna ftit sigħat flimkien inħossu l-ferħ li niltaqgħu madwar ir-Ragħaj tal-Knisja kollha f’isem il-Mulej Ġesu’, il-Papa Benedittu XVI. Il-veru protagonist ta’ kollox kien l-Ispirtu s-Santu, li qanqal il-fidi li tinsab f’kull persuna. Huwa stess qalilna Fuq il-Fossos li dan “Huwa ferħ li jittrasforma ħajjietna u jimliena bit-tama fit-twettiq tal-wegħdiet ta’ Alla”… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TA’ L-ARĊISQOF GĦALL-GĦID IL-KBIR

“Rajt lill-Mulej”

Kienet l-aħbar li Marija Maddalena tat lill-appostli f’dak il-Jum ta’ elfejn sena ilu. Kien l-iktar mod komuni kif il-bnedmin setgħu jagħtu l-aħbarijiet lil xulxin: bil-fomm!

Ġesu’ Rxoxt kellu modijiet oħra. Bħala dak li rxoxta ma ħalliiex f’idejn l-appostli biss biex jgħaddu din l-aħbar lil xulxin. Hu stess personalment beda jgħaddi din l-aħbar għaliex kien irxoxta. San Pawl jirrakonta id-dehra ta’ Ġesu’ rxoxt lil bosta nies, ibda minn Kefa (ara I Kor 15,5-8)… Kompli aqra »

KONFERENZA DWAR ‘XEJRIET FIL-FAMILJI MALTIN’

Nhar is-Sibt 13 ta’ Frar, 2010, f’konferenza organizzata minn ProġettImpenn ġewwa lukanda fil-Floriana bit-tema xejriet fil-familji Maltin: fatti u figuri, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP aċċenna għall-ambjent tajjeb għal-għajxien aħjar. Dan iwassal biex iħalli impatt pożittiv fuq l-attitudni tan-nies involuti fiz-żwieġ; li jwassal għal-familja iktar stabbli.

L-Arċisqof kompla jgħid li żwieġ li jirnexxi jew ma jirnexxix jiżvolġi f’kuntest ta` familja, ħbieb u xogħol u għalhekk qal għandha tiġi offruta l-għajnuna neċessarja anki fuq il-post tax-xogħol sabiex il-familja tkun tista’ tibqa soda.  … Kompli aqra »

IL-MESSAĠĠ TA’ L-ARĊISQOF GĦAL JUM IL-ĦAJJA

Illum id-dinja tiċċelebra Jum il-Ħajja. Huwa l-Jum li fih nifirħu bil-Ħajja fiha nfisha. Min jemmen jirringjrazzja wkoll għax jara fil-Ħajja, don ta’ Alla, u għalhekk jagħraf  valur iktar profond, għaliex  magħqud ma’ Alla u ġej minn Alla. Huwa ċar li dan ifisser, li l-ebda bniedem u b’mod speċjali ml-ebda nisrani li jemmen, ma jista’ jkun favur xi ħaġa li tillimita jew toqtol dan id-don.

Naħseb li dan il-Jum irid jagħti ċ-ċans lil kull persuna, biex tagħraf x’inhi r-relazzjoni u l-valur li hu jagħti lill-Ħajja tiegħu u tal-oħrajn… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIĊĊELEBRA IT-TIELET ANNIVERSARJU TAL-ORDINAZZJONI EPISKOPLI TIEGĦU

Nhar il-Ħadd 24 ta’ Jannar 2010, fil- KonKatidral ta’ San Ġwann, Valletta, fl-okkazjoni tat-tielet anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali ta’ l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P, ġiet iċċelebrata Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr.

L-Arċisqof irringrazzja lill-Mulej għal-għajnuna kollha li jagħtih u lil dawk kollha li jagħtu għajnuna pastorali għall-komunita’ tagħhom. Huwa semma li dik il-ġurnata kienu qed jiġu ċċelebrati tlett festi f’wahda: il-konverżjoni ta’ San Paul, għeluq sninu u l-Anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali tiegħu… Kompli aqra »