Stqarrijiet għall-Istampa

Imut l-Isqof Emeritu Paul Darmanin O.F.M. Cap.

Tħabbret il-mewt tal-Isqof Emeritu Mons. Paul Darmanin O.F.M. Cap., li miet matul il-lejl li għadda, fl-età ta’ 82 sena.

Fl-1984, Mons. Darmanin inħatar bħala l-ewwel Isqof tad-Djoċesi ta’ Garissa fil-Kenja. Huwa dam imexxi din id-djoċesi sal-2015. Wara, irtira hawn Malta u kien jgħix fil-Kunvent tal-Franġiskani Kapuċċini fil-Furjana. Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jafda lill-Arċisqof Scicluna b’missjoni fil-Perù

L‑Arċisqof Charles Scicluna jinsab fil‑Perù biex iwettaq missjoni fdata lilu mill‑Papa Franġisku.

Matul iż‑żjara tiegħu, l‑Arċisqof, li jservi wkoll bħala Segretarju Aġġunt fid‑Dikasteru għad‑Duttrina tal‑Fidi, se jmexxi numru ta’ laqgħat privati. Hu mhuwiex f’pożizzjoni li jikkummenta jew iwieġeb mistoqsijiet relatati ma’ din il‑missjoni.

L‑Arċisqof Scicluna mistenni jirritorna Malta l‑ġimgħa d‑dieħla. Kompli aqra »

Kors ġdid fl-Istudji tal-Iskrittura

Boroż ta' studju ta' €2,000 fit-Teoloġija, l-Etika u l-Pastorali

Għas-sena akkademika 2023-2024, il-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qed toffri 10 boroż ta’ studju għal min jixtieq ikompli l‑istudji tat‑teoloġija, l-etika u l-pastorali fil‑Fakultà tat‑Teoloġija.

Se jitqassmu boroż skont dawn il-kriterji:

Inawgurat ir-restawr tal-faċċata tal-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi

Tlesta l‑proġett ta’ restawr fuq il‑faċċata, u fuq il‑ġenb tal‑kampnar tax‑xellug tal‑knisja parrokkjali tal‑Qrendi, proġett li sar b’investiment ta’ €84,000 li 80% minnhom kienu kofinanzjati minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑proġett ġie inawgurat mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Chris Bonett u mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi. Preżenti għall‑inawgurazzjoni kien hemm ukoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, l‑Amministratur Parrokkjali Dun Mario Said.

Permezz ta’ dan ix‑xogħol ta’ restawr, li għalih ikkontribwixxew ukoll il‑parruċċani tal‑Qrendi, tnaddfet il‑ġebla tal‑faċċata u tal‑kampnar, u xi wħud mill‑ġebel kellu jinbidel minħabba deterjorazzjoni tal‑ġebla kawża tal‑espożizzjoni għall‑elementi naturali u t‑tniġġis tal‑arja. 

Waqt l‑inawgurazzjoni ta’ dan il‑proġett, l‑Isqof Joseph Galea‑Curmi rringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom f’din il‑ħidma flimkien ta’ restawr tal‑knisja tal‑Qrendi… Kompli aqra »

L-Isqfijiet Maltin jifirħu lill-Vigarju Appostoliku ta’ Bengażi

Patri Sandro Overend Rigillo OFM

L‑Arċisqof Charles Scicluna, l‑Isqof Anton Teuma u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi jifirħu lil Patri Sandro Overend Rigillo OFM għall‑ħatra mill‑Papa Franġisku bħala Vigarju Appostoliku ta’ Bengażi fil-Libja.

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex jingħaqdu fit‑talb għall‑Isqof‑elett biex il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna f’din il‑missjoni afdata lilu. Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Ħal Għaxaq

L-Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Anton D’Amato bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, Ħal Għaxaq.

Dun Anton D’Amato twieled fis‑27 ta’ Ottubru 1984 u trabba ż‑Żurrieq. Huwa ggradwa fl‑2009 mill‑Fakultà tal‑Liġi fl‑Università ta’ Malta. Sentejn wara beda l‑formazzjoni u l‑istudji tiegħu għall‑ħajja saċerdotali fis‑Seminarju tal‑Arċisqof u ggradwa mill‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑2019. Ġie ordnat saċerdot f’April 2018 u beda l‑ħidma pastorali tiegħu fil‑Parroċċa tal‑Imqabba u fl‑2019 bħala chaplain fil‑Junior College… Kompli aqra »

Il-Parroċċa ta’ Marija Reġina l-Marsa se tgħaddi f’idejn l-Arċidjoċesi ta’ Malta

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u l‑Provinċja Maltija tal‑Ordni Franġiskan tal-Aħwa Minuri Kapuċċini għaddejjin bil‑proċess li bih il‑Provinċja se tgħaddi l-parroċċa ta’ Marija Reġina fil‑Marsa lill‑Arċidjoċesi ta’ Malta biex minnha jitkompla jiġi offrut is‑servizz pastorali lill‑poplu ta’ din il‑parroċċa. Mill‑Ġimgħa, 1 ta’ Settembru 2023, il‑kura pastorali tal‑poplu t’Alla miġbur f’din il-parroċċa fil‑Marsa se taqa’ taħt ir‑responsabbiltà diretta tal‑kleru djoċesan. Monsinjur Arċisqof irringrazzja lill‑Patrijiet Kapuċċini għal tant snin ta’ ħidma pastorali f’din il‑parroċċa… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur il-pazjenti Maltin f’Londra

L‑Arċisqof Charles Scicluna temm żjara pastorali ta’ jumejn f’Londra, fejn iltaqa’ mal‑pazjenti Maltin u qrabathom li bħalissa qed jingħataw kura fl‑Ingilterra.

Matul din iż‑żjara, l‑Arċisqof iltaqa’ ma’ wħud mill‑Maltin residenti f’Puttinu House f’Sutton. Hemmhekk iċċelebra quddiesa u ħeġġeġ lill‑pazjenti sabiex ma jiqfux ifittxu lil Ġesù għaliex hu biss jista’ jfejjaq mill‑qtigħ il‑qalb u l‑biża’ li xi drabi jaħkmu lill‑bniedem. 

L-Arċisqof Scicluna żar il-Maltin li jinsabu rikoverati fl-isptar Royal Marsden u qatta’ wkoll ftit ħin mat-tfal li qed jingħataw kura fl-Isptar Great Ormond Street, fejn għammed ukoll żewġ trabi: Maltija li twieldet ftit jiem ilu f’Londra u tarbija Indjana ta’ madwar tliet xhur… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur St Michael Hospice

Proprjetà tal-Knisja se tgħin pazjenti li għandhom bżonn kura paljattiva

L‑Arċisqof Charles Scicluna dalgħodu żar il‑bini ta’ St Michael Hospice f’Santa Venera li wasal fl‑aħħar stadji ta’ tlestija tiegħu u mistenni jilqa’ l‑ewwel pazjenti lejn l‑aħħar tas‑sena. Il‑bini, li qabel kien magħruf bħala l‑Istitut Adelaide Cini u jkopri madwar 15‑elf metru kwadru ta’ art, ingħata mill‑Knisja lil Hospice Malta fl‑2018. Dan sabiex ikun l‑ewwel kumpless f’Malta li jipprovdi kura paljattiva ħolistika u jirrispetta d‑dritt tal‑ħajja u d‑dinjità tal‑bniedem… Kompli aqra »

Inawgurata Casa Fratelli Tutti

Saċerdoti minn pajjiżi missjunarji jistudjaw f'Malta biex ikunu ta' servizz aħjar f'pajjiżhom

  Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

L‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi inawgura u bierek Casa Fratelli Tutti, dar li tilqa’ saċerdoti minn pajjiżi foqra li jixtiequ jistudjaw il‑Liċenzjat fit‑Teoloġija Pastorali fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta. L‑għan ta’ Casa Fratelli Tutti hu li l‑Knisja f’Malta u l‑Università jagħtu opportunità lil saċerdoti barranin biex ikomplu l‑istudji tagħhom f’Malta minkejja l‑isfidi finanzjarji u kulturali li jistgħu jiltaqgħu magħhom. Bħalissa f’din id‑dar qed jgħixu ħames saċerdoti min‑Niġerja u ż‑Żimbabwe… Kompli aqra »