Arkivji mensili: Ottubru 2009

ISQFIJIET EWROPEJ JIPPROMWOVU S-SOLIDARJETA

L-Isqfijiet Ewropej ġabru rappreżentanti minn 29 pajjiż sabiex joħolqu strateġiji għall-promozzjoni tas-solidarjeta fil-kontinent fl-ewwel jiem soċjali kattoliċi għall-Ewropa li qatt saru, imsejħa Catholic Social Days for Europe. Dawn il-jiem, sponsorjati mill-Kummissjoni tal-Konferenzi Episkopali tal-Komunita Ewropea, kienu organizzati fl-aħħar jiem fi Gdansk fil-Polonja.

Fid-diskors tal-għeluq, intitolat “Solidarity Is the Future of Europe” – “Is-Solidarjeta hija l-ġejjieni tal-Ewropa”, l-Isqfijiet fakkru fis-70 anniversarju minn ftuħ it-tieni gwerra dinjija u fit-tiftix għar-rikonċiljazzjoni li wassal għat-tiswir tal-Unjoni Ewropea… Kompli aqra »

L-Arċisqof f’laqgħa mal-volontiera żgħażagħ

Nhar il-Ħamis 8 ta’ Ottubru, aktar minn mitejn żagħżugħ u żagħżugħa li wettqu ħidma volontarja matul din l-aħħar sena ltaqgħu ma’ l-Arcisqof Pawlu Cremona OP, f’attività kkordinata mill-grupp Gi.Fra. Floriana (Gioventu Francesacana) u kkummissjonata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ). Din l-attività, li saret fil-Magazino, Valletta Waterfront, bis-sehem tal-Onor… Kompli aqra »

LEJN DINJA INKLUSSIVA

“L-art tesa lil kulħadd, pero l-familja umana sħiħa għandha tkun kommessa sabiex taqsam ir-riżorsi tagħha”. Dan iddikjarah l-Arċisqof Agostino Marchetto. Is-Segretarju għall-Kunsill Pontifiċju għall-Migranti u dawk li jivjaġġaw afferma dan f’Vicenza, f’laqgħa organizzata minn fondazzjoni djoċesana għall-migranti.

Marchetto rrifletta wkoll dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni fid-dawl tal-enċiklika tal-Papa Caritas in Veritate.

Fl-enċiklika, il-Papa jirreferi għal dawk ir-raġunijiet li jwasslu biex miljuni ta’ nies jemigraw… Kompli aqra »

ŻJARA PASTORALI MELLIEĦA

Programm taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Mellieħa 18 – 27 ta’ Ottubru 2009

Il-Ħadd, 18 ta’ Ottubru

09.00a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ Selmun u wara jiltaqa’ man-nies.

11.0a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta Ċivili fiċ-Ċentru Parrokkjali.

It-Tlieta, 20 ta’ Ottubru

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-Katekiżmu fiċ-Ċentru Parrokkjali.

5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet… Kompli aqra »

IS-SANTA SEDE DWAR ID-DIZARM

Is-Santa Sede issottolineat diversi kisbiet fil-ħidma bil-għan li jsir diżarm globali, fl-istess waqt li appellat lill-Ġnus Maqgħuda sabiex tieħu nota ta’ diversi kwistjonijiet.

L-Arċisqof Celestino Migliore, osservatur permanenti tas-Santa Sede għall-Ġnus Maqgħuda, afferma dan f’indirizz li kien qed jagħmel lill-ewwel kumitat tal-64 sessjoni tal-assemblea ġenerali. Huwa ssottolinea l-aspettattivi ta’ dawk li “qed isofru minħabba kunflitti armati u vjolenza, li jħarsu lejn il-Ġnus Maqgħuda għal riżultati tanġibbli u konvinċenti bit-tama li d-dinja kulma jmur tinħeles mill-armi nukleari”… Kompli aqra »

“Nassigurakom li qegħdin kollha f’qalbi” – l-Arċisqof

Għeżież tiegħi,

Nirringrazzjakom tal-interess ġenwin li qed turu fiha. Kienu ħafna u ħafna dawk li kitbuli biex jixtiquli fejqan ta’ malajr, hekk li ndunajt kemm hawn qlub ġeneruzi li huma viċin ħafna tiegħi spiritwalment. Nassigurakom li qegħdin kollha f’qalbi. Għalkemm jiena qed naqra kull messaġġ li tibgħatuli, tifhmuni li ma nistax nwieġeb personalment lil kull wieħed u waħda minnkom u għalhekk qiegħed nikteb din in-nota għal kulħadd… Kompli aqra »

12 – 18 ta’ Ottubru

L-impenji ta’ Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona sas-Sibt 17 ta’ Ottubru ġew ikkanċellati. L-impenji tiegħu għal Ħadd 18 ta’ Ottubru jitħabbru fil-jiem li ġejjin.

Kompli aqra »

Jum it-Tagħlim Nisrani

Il-Ħadd 11 ta’ Ottubru, il-Knisja tiċċelebra Jum it-Tagħlim Nisrani. It-tema għal din is-sena hi meħuda mill-Evanġelju ta’ San Mattew : “Mill-Frott Tagħhom Tagħrfuhom” – Mt 7.20. F’dan il-jum, il-Knisja tiċċelebra x-xiehda kontinwa u d-dedikazzjoni tal-katekisti flimkien ma’ l-għajnuna u s-sehem tal-komunità nisranija.

Għal din l-okkażjoni l-Arċisqof Pawlu Cremona ltaqa’ mal-katekisti u l-għalliema tar-Reliġjon, fil-bidu tas-sena kateketika 2009 – 2010. L-Arċisqof ta diversi punti ta’ riflessjoni lill-katekisti u l-għalliema.  … Kompli aqra »

Dokument għal konsultazzjoni dwar il-Festi Reliġjuzi

Il-Knisja f’Malta ppublikat d-dokument għal konsultazzjoni pubblika ‘Nirrestawraw il-Festi Flimkien’. Dan id-dokument li ġie ppreżentat lill-Kulleġġ tal-Kappillani u lill-media mill-Arċisqof Pawlu Cremona, jista jitniżżel billi tagħfas hawn. Bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni, il-pubbliku jista jibgħat il-kummenti tiegħu fuq l-email: [email protected] jew bil-posta:

Konsultazzjoni Festi, Kurja tal-Arċisqof, PO Box 29, Valletta VLT 1000

Kompli aqra »