Arkivji mensili: Marzu 2010

IL-PAPA JIKTEB ITTRA PASTORALI BIEX TINQARA FL-IRLANDA KOLLHA DWAR KAŻI TA’ PEDOFELIJA

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI kiteb ittra pastorali lill-Kattoliċi tal-Irlanda b’linjigwida dwar il-prevenzjoni u l-kastig għal abbużi sesswali imwettqa minn saċerdoti fuq it-tfal. Il-Papa jiffirma din l-ittra llum, bil-kontenut tagħha mistenni li jkun ippubblikat mill-Vatikan għada. Illum stess għandha tintbagħat lill-Isqfijiet Irandiżi kollha.

F’rapporti internazzjonali qed jingħad li għadu mhux ċar jekk fl-Ittra Pastorali, li se tinqara l-Ħadd li ġej, il-Papa hux qed jitlob xi forma ta’ apoloġija… Kompli aqra »

SEMINAR DWAR IT-TEMA ‘OUTREACH’

Nhar is-Sibt, 6 ta’ Marzu, 2010, seminar bit-tema ‘Niltaqgħu magħhom fil-pjazza tal-ħajja’ ġie organizzat b’inizjattiva tas-Segretarjat għall-Katekeżi b’kollaborazzjoni mal-KDŻ, għaż-żgħażagħ.

Matul dan is-seminar ġie diskuss, minn lenti prattika, ‘outreach’. Xi ideali li ġew msemmija biex wieħed ikun jista jilħaq dan il-għan kienu: persuna tkun informata u iffurmata sew fir-reliġjon tagħha u wkoll li wieħed għandu jżomm relazzjoni ħajja mal-Mulej, li tiġi msaħħa bil-kelma ta’ Alla permezz tas-Sagramenti u talb kontinwu u attiv… Kompli aqra »

IL-KARDINAL TARCISIO BERTONE: “IL-KRIŻI EŻISTENTI HI WKOLL WAĦDA KAWŻATA MINN DEFIĊIT TA’ VALURI MORALI”

Cardinal Tarcisio Bertone

“Il-kriżi eżistenti mhi waħda ta’ natura ekonomika biss, imma ġiet ikkawżata wkoll minn defiċit ta’ valuri morali u minn imġibiet prattiċi li jmorru kontra l-liġi t’Alla u allura kontra l-istess bniedem; imġibiet li jimminaw il-ġustizzja u li dejjem ikollhom impatt negattiv fuq l-iżvilupp materjali u spiritwali tas-soċjeta.”

Dan qalu f’Ruma l-Kardinal Tarcisio Bertone, Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, f’riflessjoni dwar l-enċiklika ‘Caritas in Veritate’ fil-preżenza tal-Bord Eżekuttiv ta’ Confindustria, li hija l-organizzazzjoni ewlenija li tirrappreżenta l-kumpaniji Taljani fil-qasam tal-manifattura… Kompli aqra »

IL-PAPA LIS-SUDAN : IL-PAĊI TEĦTIEĠ L-ELIMINAZZJONI TAL-KORRUZZJONI U L-INĠUSTIZZJI

Pope Benedict XVI

Il-korruzzjoni, it-tensjonijiet etniċi, l-indifferenza u l-inġustizzja għandhom ikunu indirizzati bil-għan li tinkiseb il-paċi tant mixtieqa fis-Sudan. Il-Papa Benedittu XVI wassal dan il-messaġġ lill-Isqfijiet tal-pajjiż.

“Trattati u bosta ftehim, passi indispensabbli fil-binja tal-proċess ta’ paċi, iħallu l-frott biss jekk ikunu ispirati u akkompanjati minn eżerċizzju ta’ tmexxija matura u moralment motivata”, qal il-Papa meta ltaqa’ mal-Isqfijiet tas-Sudan fi tmiem iż-żjara tagħhom fil-Vatikan… Kompli aqra »

MĦABBRA D-DETTALJI DWAR IT-TRAĠITT BIL-BAĦAR TAL-PAPA FIL-PORT IL-KBIR

Nhar it-Tlieta, 16 ta’ Marzu, 2010, il-Kumitat Organizzativ taż-żjara tal-Papa ta d-dettalji dwar l-attivita’ tal-Kalkara u t-traġitt bil-baħar li l-QT il-Papa XVI se jagħmel nhar il-Ħadd 18 ta’ April, mix-Xatt tal-Kalkara sal-Valletta Waterfront fejn se ssir attivita’ għaż-żgħażagħ. Is-sidien tad-dgħajjes ġew mistiedna jieħdu sehem f’din l-attivita’ billi jeskortaw lill-Papa li se jkun qed jaqsam mill-Kalkara lejn il-Valletta Waterfront abbord catamaran.

Għal aktar informazzjoni dwar iż-żjara tal-Papa żur is-sit: www.popemalta.org

L-ARĊISQOF JITLOB SKUŻA LIT-TFAL EMIGRANTI LI SFAW VITTMI TA’ ABUŻ

Nhar il-Ħadd, 15 ta’ Marzu, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fil-Konkattidral ta’ San Ġwann fl-okkażjoni tal-Konvenzjoni tal-Emigranti. Wara l-Arċisqof attenda għall-ftuħ tal-‘Convention Exchange’ fejn għamel indirizz lil dawk preżenti:

Insellmilkom u f’isem il-Knisja li tinsab f’Malta u Għawdex nixtieq nagħtikom il-merħba f’dawn il-gżejjer. Il-preżenza tagħna, li bqajna ngħixu l-missjoni tagħna f’Malta, u tagħkom li għextu l-missjoni tagħkom f’pajjiżi oħra twessagħlna l-orizzonti tar-realta’ ta’ x’jiġifieri tkun ‘Malti’… Kompli aqra »

IL-PAPA JŻUR LIL-LUTERANI BIEX JIPPROMWOVI L-GĦAQDA

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI żar Knisja Luterana f’Ruma bil-għan li jippromwovi l-għaqda billi jenfasizza l-modi li permezz tagħhom il-kattoliċi u nsara oħra jistgħu jagħtu xhieda ta’ Kristu.

F’servizz bil-ilsien Ġermaniż, li bih kemm il-Papa kif ukoll il-pastor Ġermaniż indirizzaw l-omelija tagħhom, Benedittu XVI afferma “nisimgħu ħafna lmenti dwar il-fatt li mhemmx żviluppi fil-qasam ekumeniku, pero jrid jingħad b’sens ta’ apprezzament u gratitudni, li kien hemm diġa elementi ta’ għaqda”… Kompli aqra »

15 – 21 ta’ Marzu

It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom  għall-ikel, fis-Seminarju tal-Virtu.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali fil-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm fuq Radju RTK.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan tal-Mellieħa dwar iż-Żjara Pastorali.

L-Erbgħa

9.30 a.m… Kompli aqra »

IL-VATIKAN JIKKUNDANNA ATTENTATI TAL-MEDIA ĠERMANIŻA BIEX JORBTU L-PAPA MA’ ALLEGAT ABBUŻ TAT-TFAL

Pope Benedict XVI

Il-Vatikan ikkundanna attentati li għamlet il-media Ġermaniża biex torbot il-Papa Benedittu XVI ma’ allegat każ ta’ abbuż fuq it-tfal f’pajjiżu, il-Ġermanja. Intant, il-Malti Monsinjur Charles Scicluna, li huwa l-uffiċjal tal-Vatikan inkarigat mill-prosekuzzjoni ta’ qassisin li jkunu allegatament mixlija b’abbużi sesswali, kiteb fil-gazzetta Taljana L’ Avvenire li l-akkużi dwar il-Papa Benedettu huma foloz u mimlija kalunji.

Monsinjur Scicluna kompla jgħid li l-Kardinal Ratzinger, qabel ma laħaq Papa, minn dejjem wera għaqal u pożizzjoni ferma fil-mod kif kien imexxi l-każi ta’ abbużi… Kompli aqra »

NUMRU KBIR TA’ MALTIN ĦONQU IT-TOROQ TA’ SENGLEA GĦALL-PELLEGRINAĠĠ TAR-REDENTUR

Nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Marzu, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa il-pellegrinaġġ penitenzjali tar-Randan bl-istatwa mirakuluza ta’ Ġesu’ Redentur, liema statwa tgawdi minn devozzjoni kbira. Eluf ta’ Maltin u Għawdxin attendew għal dan il-pellegrinaġġ. Wara id-dħul tal-vara fil-Bażilika ta’ Senglea, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »