L-ISQFIJIET IĦEĠĠU GĦAŻLA FAVUR ŻWIEĠ DEJJIEMI
24/05/2011F’Ittra Pastorali lejlet ir-referendum li għandu jsir is-Sibt li ġej, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex ħeġġew biex il-poplu Malti jesprimi l-konvinzjoni tiegħu dwar iż-żwieġ.
L-Isqfijiet bdew l-Ittra Pastorali tagħhom b’referenza għall-Kelma t’Alla li l-Knisja twassal fi tmiem din il-ġimgħa, il-Ħames Ħadd tal-Għid: “Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier, jekk mhux permezz tiegħi” (Ġwanni 14, 6).
“Il-Mulej qiegħed jgħidilna li dak li lkoll nixtiequ – li mmorru għand Alla l-Missier – irridu norbtuh ma’ persuna, li hu Sidna Ġesù Kristu… Kompli aqra »