Yearly Archives: 2011

SEMINAR GĦALL-GĦALLIEMA U LSA’S ĠODDA FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA

Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni tal-Knisja f’Malta organiżża seminar ta’ jumejn għall-għalliema u l-learning support assistants(LSAs) li ser jibdew l-impjieg tagħhom fl-iskejjel tal-Knisja matul is-sena skolastika li tibda fil-jiem li ġejjin.

Aktar minn 120 parteċipant minn 30 skola differenti attendew għal dan is-seminar li ntemm llum, it-Tlieta 20 ta’ Settembru 2011, u li sar fil-Kurja tal-Arċisqof, l-Furjana. Il-parteċipanti ngħataw informazzjoni fuq is-servizzi li jingħataw fl-iskejjel u ġie spjegat lilhom l-ethos u l-kariżma tal-iskejjel tal-Knisja… Kompli aqra »

FTUĦ TAS-SENA PASTORALI TAL-MOVIMENT TA’ KANA

Nhar it-Tnejn, 19 ta’ Settembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. attenda l-ftuħ tas-Sena Pastorali tal-Moviment ta’ Kana u ndirizza l-Assemblea Ġenerali, fiċ-ċentru Pastorali Ħ’Attard.

Waqt din l-Assemblea, il-President tal-Moviment ta’ Kana, Dr Anna Vella tkellmet dwar il-missjoni prinċipali tal-Moviment, li hija dik tal-pastorali mal-għarajjes u mal-koppji miżżewġin. Dr Vella qalet li wieħed ma jridx jinsa li dawk l-għarajjes li jattendu l-korsijiet ta’ Kana jkunu diġa għaddew minn diversi stadji fil-ħajja tagħhom u għalhekk ċerti valuri u attitudnijiet ikunu ffurmati fihom… Kompli aqra »

TFITTEX LIL WIĊĊU FIL-KOMUNITA’ U L-KNISJA

L-għan ta kull nisrani kull fejn jinsab hu li jgħix kif għix Sidna Gesu Kristu. Kemm tkun ħaga sabiħa li kull fejn inkunu aħna bħala nsara nwasslu dan il-messaġġ. Fl-aħħar mill-aħħar il-Knisja trid tfittex li tħalli lil Ġesu jibqa jaħdem permezz tagħha fid-dinja.

Noel Mifsud u Daniela Cassar huma l-mistiedna ta Ian Diacono fil-programm tal-llum. Huma ser jgħinuna nagħrfu rwol partikolari li kull nisrani għandu jkollu – dik li tevanġelizza – li titkellem dwar Ġesu u xxandar il-kelma tiegħu… filwaqt li tgħix dak li temmen.  … Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ARĊISQOF FIL-FTUĦ TAS-SENA PASTORALI TAĊ-ĊENTRU TAL-VOKAZZJONIJIET

Seminarju, tal-Virtu

17 ta’ Settembru 2011

Ir-riflessjoni li aħna nagħmlu bħala nsara nagħmluha dwar il-kelma t’Alla.  Il-mistoqsijiet li jagħmel il-bniedem li jemmen ma jippruvax isolvihom biss bil-moħħ tiegħu imma jsolvihom billi jisma’ l-kelma t’Alla u jkun jaf it-tweġiba.  U meta aħna ngħidu: imma x’inhi d-dinjita tal-bniedem?  U aħna naqraw fil-kelma t’Alla li Alla l-Imbierek ħalaq lil kull bniedem, raġel u mara, xbieha tiegħu.  … Kompli aqra »

FTUĦ TAS-SENA PASTORALI TAĊ-ĊENTRU VOKAZZJONIJIET, FIS-SEMINARJU

Nhar is-Sibt, 17 ta’ Settembru, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. attenda l-ftuħ tas-Sena Pastorali taċ-Ċentru Vokazzjonijiet, is-Seminarju.

Fr. Michael Bellizzi, direttur taċ-Ċentru Vokazzjonijiet qasam il-ħsibijiet tiegħu u x-xogħol li jwettaq dan iċ-Ċentru mal-qarrejja ta’ dan is-sit.

“Minnufih telqu kollox … u marru warajh”


Illum għandna ħafna affarijiet importanti x’nagħmlu.  … Kompli aqra »

APPELL GĦALL-EVANĠELIZZAZZJONI L-ĠDIDA

Pope in Castel-Gandolfo

“Familji li qed jgħixu għal Kristu huma fost il-protagonisti fil-missjoni tal-Knisja lejn evanġelizzazzjoni ġdida.” Dan kien il-kliem tal-Papa Benedittu XVI qabel ir-reċita tat-talba tal-Angelus quddiem il-folla miġbura quddiemu fir-residenza tiegħu tas-Sajf f’Castel Gandolfo.

F’riflessjoni fuq silta meħuda mil-liturġija tal-ġurnata, eżattament mill-Ittra lill-Filippin, il-Papa nnota li “l-kitba madwar 50 sena wara Kristu, kienet diġa sintesi kompluta tal-misteru ta’ Kristu; inkarnazzjoni, ‘kenosis’ li tfisser umiljazzjoni b’mewt fuq salib u glorifikazzjoni wara l-mewt.”

Żied li “il-misteru fih innifsu twaħħad mal-ħajja tal-Appostlu San Pawl li kiteb l-ittra waqt li kien il-ħabs, jistenna sentenza ta’ ħajja jew mewt”… Kompli aqra »

19 – 25 ta’ Settembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jattendi l-ftuħ tas-Sena Pastorali tal-Moviment ta’ Kana u jindirizza l-Assemblea Ġenerali, fiċ-centru Pastorali Ħ’Attard.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jindirizza għalliema ġodda fl-iskejjel tal-Knisja li qegħdin jagħmlu Induction Course, fil-Kurja.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja.

4.30 a.m… Kompli aqra »

KAPPILLAN ĠDID GĦALL-PARROĊĊI TAL-IMSIDA U ĦAD-DINGLI

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Norman Zammit bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Imsida, u lil Dun Ewkarist Zammit bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli.

Dun Norman Zammit twieled nhar it-3 ta’ Awwissu, 1973. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja taż-Żurrieq u fl-iskejjel sekondarji San Mikiel u l-kulleġġ Mount Carmel, it-tnejn f’Santa Venera.  Kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija fl-Universita’ ta’ Malta.

Dun Norman ġie ordnat saċerdot nhar it-3 ta’ Awwissu, 2001.  … Kompli aqra »

IL-KNISJA F’MALTA TĦADDEM MAGĦHA AKTAR MINN 3,370 PERSUNA

Matul is-sena li għaddiet, il-Knisja f’Malta kienet tħaddem magħha madwar 1,125 persuna, bi spiża f’pagi ta’ kważi €13-il miljun. Dawn barra l-2,246 impjegat ieħor, fosthom għalliema u ħaddiema klerikali, li jaħdmu fl-iskejjel tagħha. Irid jingħad li l-biċċa l-kbira tal-għalliema jirċievu s-salarju tagħhom mill-Istat, skont il-ftehim li kien sar bejn l-Istat Malti u s-Santa Sede f’Novembru 1991.

B’total ta’ 3,371 impjegat, il-Knisja f’Malta tispiċċa fost l-ikbar employers fil-pajjiż… Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-PARROĊĊA SAN PAWL, IR-RABAT

Il-Ġimgħa, 16 ta’ Settembru

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Arċipriet, dwar iż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

Il-Ħamis, 22 ta’ Settembru

8.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti individwali u flimkien għand is-Sorijiet t’Ulied Qalb ta’ Ġesu’ u jiekol magħhom.

Is-Sibt, 24 ta’ Settembru

6.00 p.m. L-Arċisqof iqaddes fil-Knisja Parrokkjali u wara jiltaqa’ man-nies.

Il-Ħadd, 25 ta’ Settembru

9.30 a.m… Kompli aqra »