Arkivji mensili: Lulju 2012

Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 sena anniversarju

Fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-mewt ta’ San Ġorġ Preca, se ssir Quddiesa preseduta mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech, fl-Awditorju tal-MUSEUM il-Blata l-Bajda nhar il-Ħamis 26 ta’ Lulju fis-6.30 p.m. u Quddiesa preseduta wkoll mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech, nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Lulju fis-6.30 p.m. fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex. Il-publiku hu mistieden biex jattendi. Kompli aqra »

il-Papa xxukjat għall-att vjolenti f’Denver

Pope in Castel Gandolfo

Il-Papa Benedittu XI iddeskriviha bħala aħbar xokkanti dik tal-jiem li għaddew dwar attakk fuq in-nies li kienu qed jaraw il-film Batman fis-swali taċ-ċinema fl-iStat ta’ Colorado fl-Istati Uniti tal-Amerika. Il-Papa esprima niket ukoll għat-telf ta’ ħajjiet, mhux biss f’dal-każ, imma anki fid-diżastru riċenti li ħalla mad-69 mejta wara li kienu fuq dgħajsa qrib Zanzibar.

Il-Papa qasam l-esperjenza tiegħu u esprima solidarjeta mal-familjari u l-ħbieb tal-vittmi u l-midruba, speċjalment it-tfal… Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa tas-Swatar

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Kan. Dun Karm Busuttil bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ Preca, is-Swatar.

Dun Karm Busuttil twieled Birkirkara fit-22 ta’ Ġunju 1947. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola St. Francis, l-iskola primarja ta’ Birkirkara u fis-Seminarju Minuri. Fl-1966 daħal fis-Seminarju Maġġuri u ġie ordnat saċerdot fl-20 ta’ Lulju 1974.

Dun Karm serva bħala viċi-kappillan fil-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, tal-Madonna tal-Karmnu, l-Gżira, tal-Kunċizzjoni, il-Ħamrun, u fil-parroċċa ta’ Sant’ Elena, Birkirkara fejn ġie maħtur membru tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ S… Kompli aqra »

Arranġamenti dwar il-festa ta’ Santa Marija fl-Imqabba

Fid-9 ta’ Lulju li għadda miet il-Kappillan tal-Imqabba, Dun Nazzareno Caruana. Bħala Knisja jidhrilna li fil-mewt tal-kappillan kellha titħassar il-Festa. Imma fi spirtu ta’ djalogu ġenwin u b’sinjal ta’ rieda tajba, saru diskussjonijiet ma’ dawk kollha konċernati u wasalna fi qbil fuq dawn il-punti li ġejjin.

Punti li ntlaħaq ftehim fuqhom bejn
L-AWTORITAJIET TAL-KNISJA u
S-SOĊJETA’ SANTA MARIJA U BANDA S… Kompli aqra »

Dr Ugo Mifsud Bonnici jitkellem fuq l-Etika

'. . . barra mill-Etika morali individwali, tajjeb li tingħata dejjem iktar enfasi fuq l-etika soċjali.' – Dr. Ugo Mifsud Bonnici

L-iskandli fit-tmexxija ta’ ċerti banek importanti fl-Istati Uniti u fir-Renju Unit għandhom jiftħu għajnejn dawk li għandhom fiduċja żejda fil-mod kif jaħdmu s-swieq.

Inkixef li altru milli l-forzi tas-suq jiffissaw il-prezzijiet b’mod awtomatiku kif jitolbu d-domanda u l-offerta, kien hemm manipulazzjoni sfaċċata… Kompli aqra »

Festa ta’ San Kalċidonju

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Kalċidonju ser tiġi ċċelebrata quddiesa fil-kappella ddedikata lil dan il-qaddis, li tinsab fil-bini tal-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Din se ssir  nhar it-Tlieta 24 ta’ Lulju 2012, fis-6.00 p.m. Fil-5.30 p.m. ser jingħad ukoll ir-rużarju.

Ir-relikwi ta’ San Kalċidonju jinsabu meqjumin f’kappella żgħira li nbniet apposta, dahar ma’ dahar mal-kappella prinċipali fil-bini tal-Kurja. Ir-relikwi tal-qaddis, Ii nġiebu Malta miċ-ċimiterju ta’ Pretestato, l-Italja, waslu fil-kappella dedikata lilu fl-1753… Kompli aqra »

il-Moneyval Report dwar is-Santa Sede u r-reazzjoni tal-Vatikan

Communicating to journalists in reaction to the Moneyval Report

Kien ippubblikat il-Moneyval Report dwar is-Santa Sede u l-belt tal-Vatikan. Dan wara talba li saret mis-Santa Sede fi Frar tas-sena 2011 għal skrutinju tas-sistema tagħha ta’ kontroll u salvagwardji kontra kwalunkwe attivita kriminali fl-isfera ekonomika u finanzjarja tagħha, skont il-proċeduri tal-organizzazzjoni kif imfassla mill-Kunsill tal-Ewropa għal dan il-għan.

Ir-Rapport jirrikonoxxi li s-Santa Sede “f’qasir żmien għamlet progress kbir… Kompli aqra »

Isostnu l-proposta tal-President Abela dwar ‘half way home’ għall-eks-detenuti

Il-Fondazzjoni Suret il-Bniedem qalet fi stqarrija li hi taqbel mal-proposta li għamel il-ġimgħa li għaddiet Dr George Abela, President ta’ Malta, dwar il-bżonn li jinbeda proġett ġdid għal persuni li jkunu fi tmiem is-sentenza tagħhom fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

L-idea hi li tinħoloq dar li toffri programm biex id-detenuti li jkunu waslu fl-aħħar fażi tas-sentenza tagħhom iħejju ruħhom biex joħorġu lura fis-soċjetà u jaqbdu ħajja ġdida… Kompli aqra »

Żjara Pastorali fir-Repubblika Afrikana Ċentrali u 4 Isqfijiet ġodda

Cardinal Fernando Filoni

Il-Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli, il-Kardinal Fernando Filoni, wasal fir-Repubblika tal-Afrika Ċentrali għal żjara pastorali ta’ ġimgħa, li fost ħafna attivitajiet żgur li se tibqa’ mfakkra għall-ordinazzjoni episkopali ta’ erba’ Isqfijiet ġodda. Din se tkun preseduta mill-Kardinal Filoni nhar il-Ħadd 22 ta’ Lulju, bl-Isqfijiet eletti  li ngħataw il-kariga mill-Papa Benedittu XVI jkunu Mons Dieudonné Nzapalainga, Arċisqof ta’  Bangui, Mons Nestor-Désiré Nongo Aziabgia, Isqof ta’ Bossangoa, Mons Dennis Abgenyadzi, Isqof ta’ Berberati, u Mons Cyr-Nestor Yapaupa, Isqof f’Alindao… Kompli aqra »

Imberkin dawk li jġibu l-paċi

World Day of Peace

“Imberkin dawk li jġibu l-paċi” hija t-tema li l-Papa Benedittu XVI għażel għas-46 Jum Dinji tal-Paċi li jitfakkar fl-1 ta’ Jannar 2013. Dan irriżulta minn komunikat maħruġ għall-istampa mill-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi. “Il-messaġġ annwali tal-Papa, fil-kumplessita taż-żminijiet tal-lum, se jinkoraġixxi lil kulħadd jieħu r-responsabbilta fir-rigward tal-bini ta’ kultura ta’ paċi”, qal il-messaġġ.

“Il-messaġġ se jiġbor id-diversita u l-kunċett sħiħ tal-paċi, ibda mill-bniedem: il-paċi interna u dike sterna; imbagħad jenfasizza l-emerġenza antropoloġika, in-natura u l-inċidenza tar-rifjut sħiħ tal-fibra soċjali u t-twemmin morali; u fl-istess ħin id-drittijiet fundamenbtali, ewlenin fosthom il-liberta tal-kuxjenza, il-liberta tal-espressjoni, il-liberta reliġjuża… Kompli aqra »