Arkivji mensili: Mejju 2013

Il-Kunċert ‘The Priests In Malta’

Fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi, il-Knisja f’Malta qed torganizza kunċert bis-sehem ta’ tlett tenuri ta’ fama internazzjonali magħrufa bħala ‘The Priests’. Dawn huma Fr Martin O’Hagan, Fr Eugene O’Hagan u Fr David Delargy, lkoll saċerdoti Kattoliċi mill-Irlanda ta’ Fuq. Din hija l-ewwel darba li ‘The Priests’ ser jagħtu kunċert f’Malta. Il-kunċert ser isir nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju 2013, fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana, fis-7.30 p.m… Kompli aqra »

Il-Papa: “Marija dejjem ħerqana biex tgħinna”

Pope Francis

Fl-ewwel żjara pastorali tiegħu fi djoċesi f’Ruma, il-Papa Franġisku mar fil-Parroċċa ddedikata lil Santa Eliżabetta u Żakkarija, fejn ingħata merħba meta wasal b’ħelikopter biex jiċċelebra l-ewkaristija u jamministra l-ewwel tqarbina lit-tfal mressqa quddiemu, li kienu jammontaw għal sittax. Għall-ewwel darba fi żjara tali f’parroċċa, il-Papa deher iqarar lil mill-inqas sebgħa min-nies.

Meta kien qed jindirizza lill-ġemgħa quddiemu, il-Papa enfasizza l-importanza tat-talb lill-Madonna… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ f’Ħal Safi

Nhar il-Ħamis 23 ta’ Mejju 2013, l-Arċisqof iltaqa’ ma diversi żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika (ŻAK) u mill-Kummissjoni Festa San Pawl Safi, fiċ-Ċentru Parrokkjali, bħala parti miż-Żjara Pastorali, f’Ħal Safi.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Programm taż-Żjara Pastorali f’Tas-Sliema (Ġesù Nazzarenu)

It-Tlieta 21 ta’ Mejju

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu għal-katekeżi fil-Knisja Parrokkjali.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Katekisti kollha fis-sala tal-kunvent tad-Dumnikani.

L-Erbgħa 22 ta’ Mejju

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan fil-Kurja.

Is-Sibt 25 ta’ Mejju

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Djakonija fis-sala tal-kunvent.

7.00 p.m. L-Arċisqof jqaddes fil-Knisja Parrokkjali bħala ftuħ tal-Viżta u wara jiltaqa’ man-nies… Kompli aqra »

Il-Papa jgħid li t-Trinita Qaddisa hi l-wiċċ ta’ Alla

Pope Francis during Angelus

Qabel ma talab l-Angelus mal-pellegrini u turisti miġbura fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, il-Papa Franġisku fakkar fil-festa li ċċelebrat il-Knisja f’ġieħ it-Trinita Qaddisa. Huwa qal li “id-dawl tal-Għid il-Kbir u t’Għid il-Ħamsin iġedded fina ta’ kull sena il-ferħ u l-kobor tal-fidi li tirrikonoxxi lil Alla mhux bħala xi ħaġa vaga jew astratta imma lil Alla bħala mħabba”.

Il-Papa kompla li t-Trinita Qaddisa mhix il-prodott tar-raġuni umana, imma il-wiċċ li permezz tiegħu Alla rrivela lilu nnifsu fil-mixja tiegħu mal-umnita kollha… Kompli aqra »

L-Oratorju ‘San Paolo evangelizza i Maltesi’

L-Arċidjoċesi ta’ Malta tippreżenta Oratorju minn Karlu Diacono, sabiex tikkomemora l-100 anniversarju mill-Kungress Ewkaristiku tal-1913 u s-sena tal-Fidi.

L-Oratorju, imtella’ minn solisti, l-kor Mirabitur u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta immexxija minn Dun Ġwann Galea.

Dħul huwa b’xejn.

Iktar dettalji mill-Poster t’hawn taħt.

. The Musical Heritage of the International Eucharistic Congress (1913)

Performance of Diacono’s Oratorio at St… Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Ħal Għargħur

Fr Christopher Galea

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Christopher Galea bħala kappillan tal-parroċċa ta’ San Bartilmew, Ħal Għargħur.

Dun Christopher twieled fl-14 ta’ Ottubru 1969. Hu rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Mosta u fl-iskola St Michael’s, St Venera. Hu kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tat-Teologija (Filosofija u Teoloġija), fl-Università ta’ Malta.

Dun Christopher Galea ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ Lulju 1999 u nħatar viċi-kappillan tal-parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi… Kompli aqra »

Arċipriet ġdid għall-parroċċa taż-Żejtun

Dun Nicholas Pace

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Nicholas Pace bħala arċipriet tal-parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun.

Dun Nicholas twieled fl-1 ta’ Diċembru 1961. Hu rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tas-Siġġiewi, fil-Kulleġġ Santu Wistin, tal-Pietà, u fil-Kulleġġ Stella Maris (6th Form) il-Gżira. Hu kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija), fl-Università ta’ Malta.

Dun Nicholas Pace ġie ordnat saċerdot fit-8 ta’ Lulju 1988 u nħatar viċi-kappillan fil-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara u wara, fil-parroċċa Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar… Kompli aqra »

27 ta’ Mejju – 2 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-ġenituri tal-missjunarji Maltin u jiċċelebra quddiesa f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta.

7.45 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa organizzata mis-saċerdoti żgħażagħ b’suffraġju tal-Arċipriet Eric Overand, fis-Seminarju, Tal-Virtù.

It-Tlieta
L-Erbgħa

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma membri mill-Kunsill Pastorali Parrokkajli u mal-Kummissjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu, tas-Sliema (Parroċċa Ġesù Nazzarenu)… Kompli aqra »