Arkivji mensili: April 2014

L-Isqof Peter Baldacchino jiltaqa’ mal-Arċisqof

  • L-Isqof Peter Baldacchino jiltaqa’ mal-Arċisqof
  • It-Tlieta 29 ta’ April 2014, Mons. Peter Baldacchino, Isqof Awżiljarju ta’ Miami, għamel żjara ta’ kortesija lill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. Il-laqgħa saret fir-residenza tal-Arċisqof, Ħ’Attard.
     
    Illejla, fis-6.30 p.m., l-Isqof Baldacchino ser jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni tal-ħatra tiegħu bħala Isqof.
      

  • Ritratti: Photocity
    www.photocitymalta.com

  • Kompli aqra »

L-Isqof Peter Baldacchino jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament

  • L-Isqof Peter Baldacchino jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament
  • Nhar l-Erbgħa 30 ta’ April 2014, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6.30 p.m., Mons. Peter Baldacchino, Isqof Awżiljarju ta’ Miami, ser jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament fl-okkażjoni tal-ħatra tiegħu bħala Isqof.
     
    Mons. Peter Baldacchino ġie maħtur Isqof mill-Papa Franġisku u fid-19 ta’ Marzu 2014 ġie kkonsagrat Isqof Awżiljarju tal-Arċidjoċesi ta’ Miami…

  • Kompli aqra »

Quddiesa ta’ ringrazzjament għaż-żewġ Qaddissin ġodda

  • Quddiesa ta’ ringrazzjament għaż-żewġ Qaddissin ġodda
  • Nhar il-Ħadd 4 ta’ Mejju 2014, l-Knisja f’Malta ser tiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament fl-okkażjoni tal-kanonizzazzjoni tal-Papa Ġwanni XXIII u l-Papa Ġwanni Pawlu II. Din il-Quddiesa ser issir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant Elena, Birkirkara, fis-6.30 p.m., u ser tiġi ċċelebrata mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. In-Nunzju Appostoliku, Mons. Aldo Cavalli u l-Isqof Awżiljarju Charles J…

  • Kompli aqra »

28 ta’ April – 4 ta’ Mejju

  • 28 ta’ April – 4 ta’ Mejju
  • It-Tnejn          
     
    It-Tlieta          
    8.35 a.m.         L-Arċisqof jirritorna lura Malta minn Ruma.
    5.00 p.m.         L-Arċisqof u l-Isqof Awżiljarju jilqgħu lil Mons Peter Baldacchino, Isqof Awżiljarju ta’ Miami, għal żjara ta’ kortesija, fir-residenza tal-Arċisqof, Ħ’Attard.
    7.30 p.m.         L-Arċisqof imexxi djalogu maż-żgħażagħ organizzat mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ fil-bitħa ta’ Palazzo de la Salle, il-Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Emeritu tal-Kuwait jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr

  • L-Isqof Emeritu tal-Kuwait jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr
  • Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju 2014 fis.6.30 p.m., Mons. Francesco Adeodato Micallef O.C.D., Isqof emeritu tal-Kuwait, ser jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fl-okkażjoni tas-sittin sena mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir fis-Santwarju ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, Birkirkara.

  • Kompli aqra »

An exodus in five verbs

  • An exodus in five verbs
  • Bishop Charles J. Scicluna’s opinion piece published on The Sunday Times on Easter Sunday, 20th April 2014.

    Simon Peter had just professed his faith that his leader Jesus, the carpenter from Nazareth, was “the Christ of God”. Jesus ordered his group of disciples to tell no one and started talking about suffering, being rejected, dying and being raised on the third day…

  • Kompli aqra »

150 Kardinal u 1000 Isqof se jikkonċelebraw mal-Papa Franġisku matul il-Kanonizzazjoni

  • 150 Kardinal u 1000 Isqof se jikkonċelebraw mal-Papa Franġisku matul il-Kanonizzazjoni
  • The Director of the Holy See’s press office, Father Federico Lombardi gave another briefing to journalists where he gave details about official delegations scheduled to attend both the prayer vigil on Saturday night and the canonization Mass on Sunday morning.

    Father Lombardi told journalists that over 90 official delegations from various countries plus 24 heads of state or royalty are due to attend the prayer vigil…

  • Kompli aqra »

Għoti tal-Ministeru tal-Lettorat lil ħames seminaristi

  • Għoti tal-Ministeru tal-Lettorat lil ħames seminaristi
  • Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Mejju 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jagħti l-Ministeru tal-Lettorat lil ħames seminaristi, waqt Quddiesa fil-Knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina, in-Naxxar, fis-6:30 p.m. Il-ħames seminaristi, li bħalissa jinsabu fil-ħames sena tal-formazzjoni fis-Seminarju tal-Arċisqof, huma Sergio Fenech u Mark Mallia Pawley mill-Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi, Claude Mifsud mill-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta, James Saydon mill-Parroċċa ta’ Marija Bambina, in-Naxxar, u Gilbert Scicluna mill-Parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Kalkara…
  • Kompli aqra »

‘Courtyard Dialogues’

  • ‘Courtyard Dialogues’
  • Serje ta’ djalogi fuq żewġ okkażjonijiet bejn żgħażagħ u persuni ta’ influenza dwar kwistjonijiet ta’ fidi, ħajja u temi li jmissu magħhom. L-ewwel ‘Courtyard Dialogue’, nhar it-Tlieta 29 ta’ April 2014, se jiffoka fuq “Tfittxija għal skop fil-ħajja”. It-tieni djalogu, it-Tlieta 6 ta’ Mejju, se jiddiskuti “L-irwol tal-Knsija fis-soċjetà”. Iż-żewġ serati se jittellgħu fil-bitħa ta’ Palazzo de la Salle, il-Belt bejn 7:30pm u 9:00pm…

  • Kompli aqra »

Kors ta’ preparazzjoni għal Maltin li se jiżżewġu ma’ Barranin

  • Kors ta’ preparazzjoni għal Maltin li se jiżżewġu ma’ Barranin
  • Dar l-Emigrant u l-Catholic Enquiry Centre ser jorganizzaw laqgħat ta’ preparazzjoni għaż-żwieġ ta’ Maltin ma’ barranin f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta. Mistiedna jattendu għal dawn is-seminars l-għarajjes Maltin li ser jiżżewġu ma’ barranin. Jistgħu jattendu l-koppja flimkien jekk il-parti barranija tkun Malta.  Jekk il-parti barranija ma tkunx tista’ tattendi għal xi raġuni jew oħra imbagħad isiru appuntamenti għall-laqgħat fuq bażi personali…

  • Kompli aqra »