L-imħabba fil-qalba ta’ ħajjitna – L-Isqof Galea-Curmi
28/03/2024 Il-Katidral ta' San Pawl, L-ImdinaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Ħamis ix-Xirka hija l-festa tat-twaqqif tal-Ewkaristija. Smajna lil San Pawl fit-Tieni Qari, fl-Ittra tiegħu lill-Korintin, jirrakkonta t-twaqqif tal-Ewkaristija fl-Aħħar Ċena meta Ġesù jieħu l-ħobż u jgħid “dan hu ġismi” u jieħu l-inbid u jgħid “dan hu demmi”. Ġismu li jingħata u demmu li jinxtered.
F’Ħamis ix-Xirka wkoll infakkru l-ġrajja li smajna fl-Evanġelju skont San Ġwann, meta Ġesù niżel jaħsel saqajn id-dixxipli tiegħu, ġest li se jkun ripetut illum waqt il-quddiesa biex infakkru dan… Kompli aqra »