Fil-qalba ta’ ħajjitna – L-Isqof Galea-Curmi
08/03/2024 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Ma hemmx kmandament ieħor akbar minn dawn” (Mk 12:31). Dan huwa l-kliem li jgħid Ġesù, fl-Evanġelu skont San Mark, għall-mistoqsija li għamillu wieħed mill-kittieba. Dan staqsieh liema wieħed, fost il-kmandamenti kollha, huwa l-ewwel. Din kienet mistoqsija illi jagħmluha ħafna dak iż-żmien. U kienu jagħmluha għax kellhom ħafna kmandamenti, liġijiet, u preċetti – kellhom ’il fuq minn 600. Għalhekk kienu jiddiskutu bejniethom: imma liema wieħed fost il-kmandamenti jiġi l-ewwel? … Kompli aqra »