Stqarrijiet għall-Istampa

Dħul fl-iskejjel tal-Knisja fl-2020

Aktar minn 1,500 post vakanti għall-istudenti

Ir‑regolamenti għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja għas‑sena skolastika 2020 ‑ 2021 ġew ippubblikati (agħfas hawn biex taċċessa r-regolamenti). B’kollox ser ikun hemm 1,528 post vakanti għall‑istudenti. L‑applikazzjonijiet jistgħu jsiru online jew f’xi wħud mill‑iskejjel tal‑Knisja kif indikat fir‑regolamenti. L‑applikazzjonijiet tal‑ewwel kriterju jsiru f’Novembru 2019, l‑applikanti l‑oħra jsiru f’Jannar u Frar tal‑2020.

Il‑proċess tad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja jiddetermina d‑dħul fl‑ewwel u t‑tieni sena kindergarten, fl‑ewwel sena primarja u fl‑ewwel sena sekondarja… Kompli aqra »

Konferenza Ewropea f’Malta dwar l-Edukazzjoni Kattolika

50 delegat minn 27 pajjiż Ewropew li jirrappreżentaw 8.5 miljun student

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Madwar 50 rappreżentat tal-iskejjel Kattoliċi fl-Ewropa attendew konferenza li saret fil-Kurja tal-Arċisqof u li ġiet organizzata mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Il-konferenza nfetħet b’Quddiesa li tmexxiet mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi.

Id-delegati minn 27 pajjiż li jirrappreżentaw 8.5 miljun student fl-iskejjel tal-Knisja fl-Ewropa ddiskuttew diversi temi, inizjattivi u prattiċi pożittivi relatati mal-edukazzjoni Kattolika. Huma ddiskutew ukoll il-formazzjoni tal-kapijiet edukattivi u tal-edukaturi f’soċjetà pluralista u post-sekulari… Kompli aqra »

Agħmilni Strument tal-Paċi Tiegħek – Jum it-Tifkira 2019

Quddiesa Pontifikali mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Mulej agħmilni strument tal-paċi tiegħek.” Hi din it-talba li tiġi waħedha f’moħħna u f’qalbna f’Jum it-Tifkira – tifkira li bdiet mitt sena ilu fis-sena ta’ wara tmiem l-Ewwel Gwerra Dinjija, u li hi intenzjonata biex tfakkar lill-vittmi. Qed nagħmlu din it-tifkira sewwasew l-għada li ċċelebrajna t-tletin sena mill-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin – ġrajja importanti li biddlet l-istorja tal-umanità.

Illum niftakru f’dawk li sfaw vittmi tul l-Ewwel Gwerra kif ukoll fit-Tieni Gwerra Dinjija u gwerer oħra… Kompli aqra »

L-importanza ta’ ppjanar tajjeb tal-bini f’Malta – Il-Kummissjoni Ambjent

Stqarrija fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Ippjanar Urban 2019

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) ħarġet stqarrija fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Ippjanar Urban 2019, biex tfakkar l-importanza ta’ ppjanar tajjeb f’Malta, li hu wieħed mill-iktar pajjiżi b’popolazzjoni densa fid-dinja.

Il-KA tqajjem ħames punti fosthom li hemm min qed jibbenefika mid-dewmien tar-reviżjoni tal-Gwida dwar il-Politika Rurali u d-Disinn 2014, politika li tfasslet minn persuni li mhumiex esperti fl-ippjanar u li r-reviżjoni tagħha qed issir minn bord magħmul minn persuni li wkoll mhumiex esperti fl-ippjanar… Kompli aqra »

L-Ambjent: pass ’il quddiem u qabża lura

Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tinnota b’sodisfazzjon l‑approvazzjoni ta’ mozzjoni mill‑Parlament Malti li tiddikjara emerġenza fil‑klima.

Is‑sodisfazzjon tal‑KA għall‑pass li ħadet l‑ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna b’din id‑deċiżjoni ttappan bil‑kbir meta lbieraħ tħabbret id‑deċiżjoni li l‑Awtorità tal‑Ippjanar approvat applikazzjoni biex binja mitluqa fuq art barra ż‑żoni tal‑iżvilupp ġewwa l‑Qala Għawdex tinbidel f’villa moderna. Il‑KA ttenni li deċiżjonijiet bħal dawn juru insensitività kbira min‑naħa tal‑awtorijiet għall‑wirt naturali tal‑gżejjer tagħna u għal serħan il‑moħħ tal‑Maltin u l‑Għawdxin kollha, u tqisha bħala qabża lura mill‑aħbar tajba li kellna għaxart ijiem ilu… Kompli aqra »

Ir-riforma dwar it-traffikar uman u l-prostituzzjoni

The Archdiocese of Malta, through the Justice & Peace Commission of and Caritas Malta, have participated in the presentation of a joint submission to the Maltese Government, on the proposed reform for the legalisation of prostitution and human trafficking.

The joint submission, endorsed by several organisations, speaks of three main goals that are complementary and cannot be enacted separately, essential for the human dignity of the victims to be safeguarded. 

  • To decriminalise those who are prostituted ‑ Conscious of the fact that most sex workers are caught up in prostitution against their will and are the main victims of a broken system which enslaves them.  They should not be criminalised or victimised further for the abuse they endure…
  • Kompli aqra »

Il-Festa tal-Qaddisin Kollha u t-Tifkira tal-Mejtin Kollha

Nhar il-Ġimgħa, l‑1 ta’ Novembru 2019, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Qaddisin Kollha, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fis-6:00 p.m. Din il‑festa tiġi ċċelebrata mill‑Knisja Universali biex l‑Insara jagħtu ġieħ lill‑Qaddisin kollha waqt li jħabirku biex jimxu fuq l‑eżempju tagħhom.

Is-Sibt, 2 ta’ Novembru, Jum it‑Tifkira tal‑Mejtin Kollha, l‑Arċisqof ser jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja taċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata, Raħal Ġdid. Il‑Quddiesa tibda fl‑10:00 a.m… Kompli aqra »

Iktar responsabbiltà liż-żgħażagħ fil-Knisja

Konferenza mill-MCYN għall-youth leaders

  • L‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi qal li ż‑żgħażagħ għandhom jingħataw iktar responsabbiltajiet fil‑ħajja tal‑Knisja. Dan qalu waqt li kien qed jindirzza l‑konferenza annwali għall‑youth leaders ‘Plexus19’, li ġiet organizzata mill‑MCYN (Malta Catholic Youth Network) tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

    Waqt diskussjoni ma’ madwar 240 parteċipant, li huma involuti fil‑ħidma pastorali maż‑żgħażagħ, l‑Isqof Galea‑Curmi qal li “ż‑żgħażagħ m’għandhomx jirċievu biss fil‑Knisja, imma għandu jkollhom sehem importanti…

  • Kompli aqra »

Arċipriet ġdid għall-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Kan. David Cilia bħala arċipriet tal‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta.

    Il‑Kan. David Cilia twieled fit‑2 ta’ Awwissu 1968. Irċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola ta’ Ħal Qormi San Ġorġ, fil‑Kulleġġ San Albert il‑Kbir u fl-iskola tas-Seminarju tal-Arċisqof. Studja l‑Filosofija u t‑Teoloġija fil‑Fakultà tat‑Teoloġija tal‑Università ta’ Malta, u d‑Dritt Kanoniku fl‑Università Gregorjana f’Ruma…

  • Kompli aqra »

Adelaide Cini… mitt sena wara

Quddiesa fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-eżumazzjoni u t-trasport tal-fdalijiet tal-Venerabbli Adelaide Cini

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jitlob li jerġa’ jinfetaħ il‑każ tal‑Venerabbli Adelaide Cini biex eventwalment, jekk tissodisfa l‑kriterji tal‑liġi tal‑Knisja, din il‑mara lajka tiġi bbeatifikata. Dan ser isir waqt Quddiesa li ser jiċċelebra l‑Arċisqof għada, it‑Tlieta 15 ta’ Ottubru, fis‑7pm, fil‑mitt sena tal‑eżumazzjoni u t‑trasport tal‑fdalijiet tagħha miċ‑ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata għall‑istitut “Ta’ Ċini” li kienet waqqfet u fejn tinsab midfuna. Adelaide Cini kienet ġiet iddikjarata Venerabbli mill‑Papa Piju X fit‑23 ta’ Frar 1910…

  • Kompli aqra »