‘M’INTIX NORMALI…’ IRĠIEL U NISA VITTMI TA’ ABBUŻ F’RELAZZJONIJIET ‘INTIMI’
13/03/2010“Jekk narak tkellem lil raġel ieħor nifqagħlek wiċċek”. “Min iridek?” “M’intix normali… kieku inti raġel normali jkollok x’taqsam miegħi”. “Jekk ma noħroġx miegħek jien min tridu jiġbrok?” “Kemm int maħmuġ…” “Riħa ta’ annimali”…
Dawn huma biss uħud minn ħafna frażijiet ta’ abbuż li qalgħu mingħand ‘il-maħbubin’ tagħhom żgħażagħ ta’ etajiet differenti li tkellmu ma’ IL-ĠENSILLUM online fl-aħħar ġimgħat.
L-abbuż fir-relazzjonijiet ‘intimi’ jew aħjar relazzjonijiet bejn koppja li qed joħorġu flimkien, fi stadji differenti tar-relazzjoni li tista’ twassal għal żwieġ huma aktarx iżjed frekwenti milli naħsbu… Kompli aqra »