Il-Papa Franġisku

Il-Papa waqt ir-Reġina Caeli: Ma ninsewx kemm hi kbira u sabiħa d-destinazzjoni tagħna

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum (Ġw14,1-12) huwa meħud mill-aħħar diskors ta’ Ġesù qabel ma’ miet. Id-dixxipli qalbhom imħawda, imma l-Mulej jgħidilhom kliem ta’ serħan il-moħħ, jistedinhom biex ma jibżgħux, tibżgħux: infatti, Hu mhux se jabbandunahom, imma sejjer iħejjilhom post u se jmexxihom lejn dik id-destinazzjoni. B’hekk illum il-Mulej qed juri lilna lkoll il-post meraviljuż fejn irridu mmorru, u, fl-istess ħin qed jgħidilna kif nistgħu naslu hemmhekk, jurina t-triq li għandna nimxu fiha.  … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Kristu hu l-futur tagħna

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Tlitt ijiem ilu dħalt lura mill-vjaġġ fl-Ungerija. Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li ħejjew u akkumpanjaw din iż-żjara bit-talb, u nġedded ir-rikonoxxenza tiegħi lejn l-Awtoritajiet, lejn il-Knejjes lokali u lejn il-poplu Ungeriż, poplu kuraġġjuż u għani fil-memorja. Tul il-permanenza tiegħi f’Budapest stajt inħoss l-imħabba tal-Ungeriżi kollha. Illum nixtieq inkellimkom fuq din iż-żjara permezz ta’ żewġ immaġni: l-għeruq u l-pontijietKompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Ilkoll aħna midinbin

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-katekeżi fuq ix-xhieda taż-żelu appostoliku. Tlaqna minn San Pawl u l-aħħar darba rajna l-martri, li jxandru lil Ġesù b’ħajjithom, sa ma jagħtuha għalih u għall-Vanġelu. Imma hemm xhieda oħra kbira tul l-istorja tal-fidi: dik tal-monaċi rġiel u nisa, aħwa li jiċħdu lilhom infushom, jiċħdu d-dinja biex isiru jixbhu lil Ġesù fit-triq tal-faqar, tal-kastità u tal-ubbidjenza u biex jinterċedu għal kulħadd… Kompli aqra »

Il-Papa waqt ir-Regina Caeli: Inħallu qalbna titriegħed man-nifs tal-Kelma tiegħu

Għeżież Ħuti, il-jum it-tajjeb!

F’dat-tielet Ħadd tal-Għid l-Evanġelju jirrakkonta l-laqgħa ta’ Ġesù rxoxt mad-dixxipli ta’ Għemmaws.  Dawn huma żewġ dixxipli illi, rassenjati minħabba l-mewt tal-Imgħallem, fil-jum tal-Għid jaqtugħha li jitilqu minn Ġerusalemm biex jerġgħu lura lejn darhom.  Forsi kienu xi ftit imħassbin għax kienu semgħu lin-nisa li ġew minn fejn il-qabar jgħidu li sabuh vojt, imma jitilqu lura xorta waħda. U waqt li mexjin, bil-geddum, jitħaddtu dwar li ġara, Ġesù jersaq ħdejhom, iżda huma ma jgħarfuhx.  … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Kull Nisrani hu msejjaħ għax-xhieda tal-ħajja

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Aħna u nitkellmu fuq l-evanġelizzazzjoni u fuq iż-żelu appostoliku, wara li rajna x-xhieda ta’ San Pawl, veru “kampjun” ta’ żelu appostoliku, illum il-ħarsa tagħna ddur mhux fuq figura waħda, imma fuq il-ġemgħa tal-martri, irġiel u nisa ta’ kull età, lingwa u nazzjon li taw ħajjithom għal Kristu, li xerrdu demmhom biex jistqarru lil Kristu… Kompli aqra »

Il-Papa waqt ir-Regina Caeli: Alla jilqa’ lil kulħadd

Għeżież Ħuti!

Illum, il-Ħadd tal-Ħniena Divina, l-Evanġelju jirrakkuntalna żewġ dehriet ta’ Ġesù Rxoxt lid-dixxipli u partikolarment lil Tumas, “L-Appostlu li ma emminx” (cfr Ġw 20,24-29).

Fir-realtà, Tumas m’hux l-uniku li jsibha bi tqila jemmen, anzi jirrappreżenta xi ftit lilna lkoll.  Infatti, mhux dejjem ħafifa li nemmnu, speċjalment meta, bħal fil-każ tiegħu, inkunu ġarrabna delużjoni kbira.  Wara delużjoni kbira t-twemmin isir diffiċli.  … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Int lest tħalli lil Ġesù jibdillek qalbek?

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Wara li ġimagħtejn ilu rajna l-qabża li seħħet fil-ħeġġa personali ta’ San Pawl għall-Vanġelu, illum nistgħu nirriflettu iktar fil-fond fuq iż-żelu evanġeliku hekk kif hu stess jitkellem fuqu u jfissru f’xi ittri tiegħu.

Grazzi għall-istess esperjenza tiegħu, Pawlu ma jinjorax il-periklu ta’ żelu żbaljat, orjentat lejn direzzjoni żbaljata; f’dan il-periklu kien waqa’ hu stess qabel il-waqgħa providenzjali fit-triq tiegħu lejn Damasku… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Urbi et Orbi: It-tama mhix illużjoni, hija verità

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, Kristu rxoxta!

Illum inħabbru solennement li Hu, il-Mulej ta’ ħajjitna, huwa “l-qawmien u l-ħajja” tad-dinja (cfr Ġw 11,25).  Illum l-Għid, li jfisser “mogħdija”, għax f’Ġesù twettqet il-mogħdija deċisiva tal-umanità: mill-mewt għall-ħajja, mid-dnub għall-grazzja, mill-biża’ għall-fiduċja, mill-miżerja għall-għaqda, għall-komunjoni.  Fih, Mulej taż-żmien u tal-istorja, irrid ngħid lil kulħadd bil-ferħ f’qalbi: l-Għid it-tajjeb!

Ħalli jkun għal kulħadd, għeżież ħuti, partikolarment għall-morda u għall-foqra, għall-anzjani u għal min hu għaddej minn waqtiet ta’ prova u għejja, mogħdija mit-tbatija għall-faraġ.  … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Aħsbu ftit – x’nista’ nagħmel għall-oħrajn?

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-Ħadd li għadda l-Liturġija semmgħetna l-Passjoni tal-Mulej. Din tagħlaq b’dawn il-kelmiet: “Marru jissiġillaw il-ġebla” (Mt 27:66): kollox jidher spiċċa. Għad-dixxipli ta’ Ġesù dik il-blata kbira timmarka t-tmiem tat-tama. L-Imgħallem ġie msallab, maqtul bl-aktar mod kiefer u umiljanti, imdendel ma’ patibolu infami ’l barra mill-belt: falliment pubbliku, l-agħar final possibbli – f’dak iż-żmien kien l-agħar wieħed… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus – Il-Madonna tgħinna nibqgħu qrib Ġesù

  Pjazza San Pietru, Vatikan

Għeżież ħuti,

Insellem lilkom ilkoll, rumani u pellegrini, partikolarment lil dawk li ġew mill-bogħod.  Irroddilkom ħajr lil ħadtu sehem u għat-talb tagħkom, li dawn l-aħħar ġranet żdied sew.  Verament grazzi! 

Nagħti barka lill-Karwana tal-Paċi, organizzata minn Assoċjazzjonijiet diversi, li dal-ġranet telqet mill-Italja lejn l-Ukrajna: Papa Ġwanni XXIII, FOCSIV, Pro Civitate Christiana, Pax Christi u oħrajn.  Flimkien mal-affarijiet ta’ ħtieġa bażika qed jieħdu magħhom il-qrubija tal-poplu Taljan lill-poplu Ukren mifluġ u mbiċċer, u llum qed joffru friegħi taż-żebbuġ simbolu tal-paċi ta’ Kristu… Kompli aqra »