L-ewwel tibqa’ miegħu, imbagħad taħdem għalih – L-Isqof Galea-Curmi
19/01/2024 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Tela’ fuq l-għolja” (Mk 3:13). Hekk naqraw fuq Ġesù fl-Evanġelju skont San Mark. Mal-ewwel, kif naraw li “tela’ fuq l-għolja”, hu ċar li se jkollna ġrajja ta’ importanza kbira, għaliex fl-Iskrittura l-għolja hi dejjem il-post fejn hemm manifestazzjoni speċjali ta’ Alla jew ġrajja partikulari. Fil-fatt, hawnhekk Ġesù jagħżel it-tnax-l appostlu, u għandna wkoll ismihom f’din is-silta.
Nixtieq li naraw din is-silta qasira u sabiħa li fiha hemm diversi punti li jolqtu lilna lkoll fil-ħajja tagħna… Kompli aqra »