L-applikazzjoni emendata għal kafetterija fil-parroċċa ta’ Raħal Ġdid teskludi tisjir fuq il-post
15/04/2024Il‑Parroċċa ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid se temenda l‑applikazzjoni tal‑ippjanar tagħha għal kafetterija żgħira fuq il‑bejt tal‑knisja sabiex tispeċifika li ebda ikel ma jista’ jissajjar fuq il‑post.
Wara diskussjonijiet li saru bejn l‑Arċidjoċesi ta’ Malta u l‑kappillan Dun Marc André Camilleri, intlaħaq qbil li minflok liċenzja ta’ 4D, il‑parroċċa tapplika għal liċenzja ta’ 4C li ma tippermettix li jsir tisjir fuq il‑post… Kompli aqra »